Il-Gwerra Mhix Waħda Politika Iżda Spiritwali

Minn Romegas

Hemm ħafna rabja bħalissa b’nies jikkonfondu li l-assalt fuq il-valuri nominali tagħhom huwa primarjament kwistjoni ta’ natura politika li jista’ jissolva b’rimedji politiċi- ngħidu aħna din il-kwistjoni fuq it-taħwid tal-imħuħ tat-tfal ta’ eta’ żgħira bl-ideoloġija trans gender. Mhix – fil-qofol tagħhom il-kwistjonijiet li qed niffaċjaw mhumiex ta’ natura politika imma ta’ natura morali. Li qed jiġri mingħajr ma qed nindunaw huwa li l-Ewropa u l-punent inkluż Malta qed jerġgħu jsiru pagani u allura wieħed li dawn l-affarijiet isegwihom mill-qrib bl-attenzjoni li jixierqilhom ma jkollux dubju x’qed jiġri eżatt. Mhux bi ħsiebni nikteb ktieb dwar dan, imma tridu tifhmu li:

1. il-politika tiġi mill-kultura u mhux bil-maqlub – l-għerq tal-kelma kultura huwa kult – jiġifieri reliġjon, il-kult u l-kultura jiddeterminaw l-eżitu tal-politika. Mis-seklu dsatax ‘il hawn il-punent ma baqax nisrani – mingħalih sar sekulari – imma mingħajr ma jaf reġa’ sar pagan partikolarment l-elite li jirrenja. Min studja kemm il-Kommuniżmu u n-Nażiżmu JAF li fil-maġġoranza assoluta tagħhom min mexxa u aġevola dawn il-movimenti kien imdaħħal sew u jemmen fl-okkult.

2. F’waħda mill-parabboli l-aktar oskuri iżda importanti fil-Vanġelu lil Kristu jistaqsuh x’jiġri minn spirtu ħażin la darba jitkeċċa mill-possedut u Kristu jirrispondi billi jgħid li l-ispirtu mkeċċi jiġi kkundannat sabiex jgħix fil-periferija u l-iskart imma jibqa’ imxennaq  li jerġa’ jaħkem lil min kien jaħkem u jekk terġa’ tiġih l-opportunità u jsib lil dak li jkun ittraskura dak li kien qed jipproteġih, dan l-ispirtu mhux talli jerġa jaħkmu mill-ġdid, iżda din id-darba miegħu iġib saħansitra seba’ spirti oħra miegħu – jiġifieri la darba kont taf lil Alla u abbandunajtu, is-sitwazzjoni issir ferm agħar milli kieku qatt ma kont tafu. Kristu żied jgħid li ma kienx qed jirreferi biss għall-individwi iżda saħansitra għall-ġenerazzjonijiet sħaħ – skont Kristu mhux biss l-individwu jista’ jiġi pposedut iżda saħansitra ċivilizzazzjonijiet sħaħ u naħseb li s-seklu ġenoċidjali li għadda oltre milli jagħtih raġun.  

3. Illum id-dinja fil-punent ġralha dak li stqarr Kristu – għal kważi elfejn sena sakemm il-bniedem kien għadu jemmen fil-ħniena t’Alla bibliku kien protett – imma illum l-ispirti li kienu jaħkmu l-punent reġgħu sabu dar vojta u ġabu magħhom lil sħabhom  – hawn fil-punent mhux Kristu jirrenja iżjed imma Baal, Ixtarte u Molok – jekk għandkom dubju studjaw naqra dwar dawn l-allat u għiduli jekk hux dak li kienu jirrepreżentaw reġax sar dominanti jew le?

Ejjew nieħdu lil Ixtarte, li magħrufa ukoll b’ħafna ismijiet oħra – inkluż Inanna, Afrodite u Venere – dik l-alla mara tal-qħab u l-perverżjoni – ejjew naraw x’jgħidilna imqar Wikipedia dwarha – għax fil-verita’ hemm ħafna u ħafna iżjed xi tgħid:

Individuals who went against the traditional gender binary were heavily involved in the cult of Inanna.[51] During Sumerian times, a set of priests known as gala worked in Inanna’s temples, where they performed elegies and lamentations.[52] Men who became gala sometimes adopted female names and their songs were composed in the Sumerian eme-sal dialect, which, in literary texts, is normally reserved for the speech of female characters. Some Sumerian proverbs seem to suggest that gala had a reputation for engaging in anal sex with men.[53] During the Akkadian Period, kurgarrū and assinnu were servants of Ishtar who dressed in female clothing and performed war dances in Ishtar’s temples.[54] Several Akkadian proverbs seem to suggest that they may have also had homosexual proclivities.[54] Gwendolyn Leick, an anthropologist known for her writings on Mesopotamia, has compared these individuals to the contemporary Indian hijra.[55] In one Akkadian hymn, Ishtar is described as transforming men into women.

Tassew – u hawn ma jgħidulkomx li kien hemm saħansitra purcissjonijient fejn is-segwaċi tagħha kienu saħansitra jgħollu l-iskarpell li bih qatgħu l-ġenitali tagħhom… jew li l-ġiżirana tagħha kienet qawsalla.. u ħafna u ħafna affarijiet oħra – din l-alla tal-imħabba ma kenitx alla tal-imħabba bibblika imma tat-trasgressjoni.

U xi ngħidu dwar Molok – dak li li griegi kienu jafuh bħala Kronos – għax kien jiekol lil uliedu..

Out of reverence for the Phoenicians, and especially the Carthaginians, whenever they seek to obtain some great favour, vow one of their children, burning it as a sacrifice to the deity, if they are especially eager to gain success.” – Cleitarchus

“…and the whole area before the statue was filled with a loud noise of flutes and drums so that the cries of wailing should not reach the ears of the people.” – Plutarch

The Phoenicians too, in great disasters whether of wars, or droughts, or plagues, used to sacrifice one of their dearest, dedicating him to Kronos.” – Porphyry

U emmnuni li kieku nidħol fid-dettal inwaħħaxkom bis-similitudnijiet għax m’huma similtudnijiet xejn imma realtajiet li intom ma ġejtux istruwiti biex tgħarfuhom u tirrikonoxxuhom  – imma kulħadd mingħalih dawn sempliċiment kwistjonijiet politiċi. M’humiex – u ma jistax ikollhom soluzzjonijiet politiċi – huwa għalhekk li bilkemm għadni nikkumenta fuq il-politika – għax fuq kollox din hi gwerra spiritwali. il-politiċi tagħna jippretendu li huma nsara – jaraw kif jidhru fil-knejjes tagħna iżda fil-verita’ minkejja l-ħlif fuq il-kurċifiss m’huma xejn ħlief il-gala ta’ żminijietna.

Il-politejiżmu sar predominanti fil-kultura – għax fil-qofol tiegħu jirrifjuta verita’ assoluta – dak li huwa – li r-realta’ hija suġġettiva – jista’ jkollna ħafna allat – ħafna veritajiet – kollha suġġettivi, fil-fatt kulħadd jista’ jkun alla – minbarra Alla nnifsu – l-importanti biss li imbaxxu rasna u ninċensaw l-imperatur fil-poter.

Issa għamlu intom – u emmnu li tridu – ngħidilkom biss – li skont il-profeti kollha u skont Kristu – dan iwassal biss għall-qirda mhux għax Alla nnifsu jeqridna – iżda billi jaqta’ qalbu minna u jirrispetta r-rieda tagħna li neqirdu lilna nfusna.

Ma qalilniex la ma jkollkomx Alla ieħor ħlief għajri għal xejn.

Min irid jirbaħ din il-gwerra jrid jibda billi jirrikonoxxi r-realta warajha u jiddeċiedu fuq liema naħa huwa qiegħed – għax kif qal Kristu finalment jew miegħi jew kontra tiegħi.

Naf li hawn min mingħalih avvanżat ħafna fl-intellet tiegħu li dawn l-affarijiet iqishom ħmerijiet – dak li ħoloq idolu – għax tafu x’inhu idolu? – idolu huwa dak li toħloq alla int b’idejk u tadurah – bħalma hi ‘x-xjenza’ u lanqas tinduna li xi ħaġa li ħloqt int saret l-Alla tiegħek – u agħar minn hekk eventwalment tiskopri dak li mingħalik sar alla – huwa ddominat minn allat oħra; allat qodma ħafna – allat li San Pawl sejħilhom prinċpijiet u entitajiet li qegħdin hemm, li huma realta’ u li l-gwerra tagħna hija fuq kollox kontrihom temmen jew ma temmix fihom.

Għalhekk intemm billi ngħid – li iva hemm bżonn reżistenza politika imma aktar important minn dan kollu hemm fuq kollox bżonn ta’ konverżjoni – ħafna nies li jopponu dawn il-prattiċi pagani u barbari f’pajjiżna qed jagħmlu reżistenza sempiliċiment fuq livell politiku u mingħalihom ser jirbħu din il-gwerra –mingħajr qatt ma jitgħallmu l-kawża u n-natura vera tat-taqbida u għalhekk mhux biss sejrin żbaljati iżda destinati li jitilfuha imma dejjem hemm it-tama għax kif jingħad fil-ġenesi: [Ġen:18:22] Dawk l-irġiel kisru minn hemm, u rħewlha lejn Sodoma; imma l-Mulej baqa’ wieqaf quddiem Abraham. [Ġen:18:23] U Abraham resaq lejn il-Mulej u staqsieh: “U int se teqred it-tajjeb mal-ħażin? [Ġen:18:24] U jekk hemm ħamsin bniedem ġust f’nofs il-belt, jaqaw lil dawn se teqridhom u ma taħfirx lill-pajjiż minħabba l-ħamsin ġust li hemm f’nofsha? [Ġen:18:25] Ma jkun qatt li inti tagħmel ħaġa bħal din, li toqtol il-bniedem ġust mal-ħażin, u l-ġust u l-ħażin tmisshom l-istess xorti. Ma jkun qatt minnek, l-imħallef ta’ l-art kollha, li ma tagħmilx ġustizzja.” [Ġen:18:26] U l-Mulej wieġeb: “Jekk jiena nsib ħamsin bniedem ġust f’nofs il-belt, jien naħfirha lill-post kollu minħabba fihom.” [Ġen:18:27] U wieġeb Abraham u qal: “Arani, jien issugrajt nitkellem mal-Mulej, għalkemm jien trab u rmied. [Ġen:18:28] U jekk hemm nieqsa ħamsa għall-ħamsin ġust, minħabba ħamsa u erbgħin se teqred il-belt kollha?” U wieġbu l-Mulej: “Ma neqridhiex jekk insib fiha ħamsa u erbgħin.” [Ġen:18:29] Imma Abraham kompla jitkellem miegħu u jgħidlu: “U jekk issib hemm erbgħin.” U wieġbu: “Ma nagħmilx dan, minħabba l-erbgħin.” [Ġen:18:30] U qallu: “La tagħdabx, Sidi, jekk nerġa’ nitkellem: u jekk jinstabu tletin?” U hu wieġeb: “Ma nagħmilx dan, jekk insib hemm tletin.” [Ġen:18:31] U raġa’ qallu: “Ara kif nissogra nkellem lil Sidi: U jekk jinstabu hemm għoxrin?” U l-Mulej wieġeb: “Ma neqridhiex minħabba l-għoxrin.” [Ġen:18:32] U wieġeb: “La tagħdabx, Sidi, jekk nerġa’ nitkellem darba oħra biss: U jekk jinstabu hemm għaxra?” U hu qallu: “Ma neqridhiex minħabba l-għaxra.” [Ġen:18:33] U malli l-Mulej temm jitkellem ma’ Abraham, il-Mulej telaq, u Abraham raġa’ lura lejn daru.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading