X’għamel il-Prison Leave Advisory Board? Vera li dan approva l-prison leave lil George Degiorgio? Importanti li l-poplu jkun jaf x’ġara eżatt meta ġa ntqal li ‘money talks’

Ilbieraħ l-avukati ta’ George Degiorgio għamlu protest ġudizzjarju fejn qalu ħafna affarijiet. Dan ġie rrapurtat mill-ġurnal Malta Today.

Fost il-ħafna affarijiet li l-avukati ta’ George Degiorgio qalu fil-protest gudizzjarju li:

Issa l-mistoqsija hija din. Vera li l-Prison Leave Advisory Board approva dan il-prison leave jew ma sab l-ebda oġġezzjoni? Wieħed għandu jagħti tweġiba ċara u jneħħi kull dubju minn fuq dan il-każ ħalli jkun stabbilit eżattament min kien risponsabbli wara din id-deċiżjoni li ġabet saħansitra l-istmerrija tal-ministru tal-Intern. Fuq kollox, għandna dak l-istatement ikrah marbut ma’ dan il-prison leave ta’ money talks.

Nistieden li jew id-Direttur tal-Ħabs jew il-Ministru Byron Camilleri biex illum stess joħorġu stqarrija jekk il-Prison Leave Advisory Board approvax dan il-prison leave ta’ George Degiorgio jew le.

One thought on “X’għamel il-Prison Leave Advisory Board? Vera li dan approva l-prison leave lil George Degiorgio? Importanti li l-poplu jkun jaf x’ġara eżatt meta ġa ntqal li ‘money talks’

  1. Xi hadt thallas cash jew bilfors li sar xi “tranzasjoni” tal flus la inkiteb “Money Talks” Li inkitep kumment bhal dan juri il livell ta impunita li hawn go dan il pajjiz!!

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading