Leone Ganado jkompli jobżoq il-ħdura u l-kattiverija tiegħu kontra Adrian Delia.
Waqt li Bernard Grech qed jitħabat biex iġib l-għaqda, dawk li qegħdin hemm huma mimlija għira u kattiverija lejn Adrian Delia. Dan hu r-rigal tar-Repubblichini u t-truppa li torbot il-karru tagħha mal-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Ir-rikonoxximent ta’ din ir-rebħa kbira nbidel f’tgħajjir lejn Adrian Delia. Wieħed minn dawk li għadu mimli valenu kontra Adrian Delia huwa Godfrey Leone Ganado li għal ġieħna kien (ma nafx jekk għadux) persuna appuntata mill-arċisqof Scicluna biex tamministra t-tqarbin lin-nies! Dan huwa wieħed minn dawk li għadu jaħseb li huma l-elit u s-salvazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Mela l-ewwel tella’ artiklu biex jikkritika lil Adrian Delia talli ma semmiex lil Daphne Caruana Galizia u lil Jason Azzopardi f’din ir-rebħa. Skużawni, Daphne ma għamletx xejn ħlief li ikkritikat dan il-kuntratt. Biss ħadd minn dawk li jriduha tad-Delfinisti, inkluż Jason Azzopardi ma mar il-qorti biex jiftaħ kawża kontra l-Vitals jew xi kuntratt ieħor li skont Daphne ma kienx skont il-liġi. Mela minflok qallu prosit lil Adrian Delia, qallu shame on Adrian Delia.

Imma dan ma hu xejn. Iċ-ċirasa fuq il-kejk li turi l-kattiverija ta’ dawn in-nies u dan ir-raġel b’mod partikolari tinsab f’dan li ġej:

Qrajtuha sewwa dik il-biċċa proża ta’ intelletwali li mingħalih li l-Partit Nazzjonalista għandu għal xix ikun grat lejh? B’din il-kwalita’ ta’ nies il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jieħu r-ruħ. Jista’ mhux iħambaq Bernard Grech għax ikun kollu għal xejn. Jekk Bernard Grech mhux ser jibda jikkundanna din il-kwalita’ ta’ mibgħeda li teżisti fi qlub ta’ ċertu nies li suppost jissejħu nies tal-Knisja u li jmorru jqarbnu kull nhar ta’ Ħadd, ma hu ser jiġri xejn.
Kif tista’ taċċetta kitba ta’ dan is-suppost raġel li jidħol fil-personali dwar Adrian Delia? Għandna prova ta min fejn ġiet il-mibgħeda li kienet nibtet meta Adrian Delia kien Kap tal-Partit. Mhux ser niddejjaq ngħid li Daphne Caruana Galizia taħti ta’ dan wkoll. Hemm nies bħal Leone Ganado li ġabu fuq il-Partit Nazzjonalista telfa kolossali fl-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra. Huma din il-kwalita’ ta’ nies li rrendew lil Partit Nazzjonalista mhux idoneu li jitla’ fil-Gvern.
Jekk din ir-rebħa ta’ Adrian Delia kienet id-dawl meħtieġ biex il-Partit Nazzjonalista jibda jara quddiemu t-triq li tant hi meħtieġa għalih, kummenti bħal dawn jerġgħu jkasbru dak kollu li l-Partit Nazzjonalista kiseb. Leone Ganado jrid bil-fors ikun ikkundannat mit-tmexxija tal-partit. Jekk il-Partit Nazzjonalista ma jikkundannax din il-kitba allura nistgħu nifhmu li l-Partit Nazzjonalista ma għandu ebda intenzjoni sinċiera li jrid jgħaqqad il-poplu warajh.
Id-dixxipli ta DCG.