Andrew Borg Cardona spiċċa kkritikat bil-pulit minn ħut Daphne Caruana Galizia talli faħħar lil Adrian Delia u biddel id-diska
Wara li Andrew Borg Caruana tella’ dak il-famuż post fejn qal li din hija rebħa ta’ Adrian Delia u hija rebħa li hu għamel waħdu, ħut Daphne Caruana Galizia daħlu fuq il-Facebook page tiegħu u rrambawh bil-pulit. Infakkar li Andrew Borg Cardona kien tella’ dan il-post.

Dawn wassal biex ħut Daphne Caruana Galizia jgħidulu bil-pulit li dan hu mertu ta’ Daphne Caruana Galizia, waqt li qatt ma semmgħu l-isem ta’ Adrian Delia. Hu ċar li bil-pulit qed jgħidu lil Andrew Borg Cardona li ma għadux gost li qed jgħid li din kienet rebħa ta’ Adrian Delia waħdu. Issa jridu jdaħħlu lil Daphne Caruana Galizia fin-nofs u din ir-rebħa għandha tkun attribwita lilha għaliex hija bdiet titkellem dwar dan il-kuntratt. Insew dawn in-nies kemm attakkaw u għajru lil Adrian Delia u s-shows li għamlu.




Mela, dan Andrew Borg Cardona li jiftaħar li għandu bajd kbir, spiċċa li għandu – kif konna ngħidu meta konna żgħar żewġ karawettiet! Beża’ minn erba’ kummenti u biddel id-diska u qal li Daphne Caruana Galizia kellha raġun. Jekk Daphne Caruana Galizia kellhiex raġun jew le joħroġ waħdu mill-fatti. Kieku verament kellha raġun, kif qed jgħidu tal-familja Caruana Galizia u xi deputati Nazzjonalisti li jemmnu hekk, dejjem setgħu u għadhom fiċ-ċans biex jiftħu kawża biex iwaqqgħu l-kuntratt tal-Electrogas. Fuq kollox, Borg-Cardona kien wieħed minn dawk li jgħajjat li Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba l-kuntratt tal-Electrogas. Għala ma waqqafx tim legali magħmul minn deputati Nazzjonalisti biex iwaqqgħu dan il-kuntratt?
Infakkar li l-kuntratt tal-Vitals qatt ma ssemma bħala kawża fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Jekk dawn verament jemmnu fl-inkjesta, il-familja Caruana Galizia, Andrew Borg-Cardona u sħabhom id-deputati għandhom jiftħu kawża biex iwaqqgħu l-kuntratt tal-Electrogas. Imma dan mhux ser jagħmluh għaliex jinqabdu fin-narrattiva tal-gideb tagħhom. L-iħirsa ta’ Daphne Caruana Galizia stess spiċċaw jippersegwitaw lill-familja tagħha għal dak li għamlulha!

