Where your opinion counts

Flus u flus: its all about money u għalhekk għandna konkos ma’ kullimkien

Minn Edwin Vassallo

Ftit tal-jiem ilu, Evarist Bartolo qalilna li llum kollox dwar il-konkos. Jien ngħidlu li llum kollox dwar il-flus u ‘its all about money‘. Tgħid għandna kas fejn il-gvern li tiegħu Evarist Bartolo kien membru is living beyond its means?

Mhux ser nidħol fl-issue dwar dawn id-direct orders li smajna dwarhom tal-film commission. Ma għandi l-ebda interess. Qiegħed biss nuża dan il-kas biex naqsam ħsieb dwar id-direct orders u xi tfisser tkun fil-gvern. Wieħed mill-aktar argumenti sħan li jitressqu mill-Awditur Ġenerali huwa dwar kif dawn id-direct orders jingħataw u għaliex ħafna direct orders ma jingħatawx skond ir-regolamenti. Altru mill-Malta hija biss storja marbuta mal-konkos. Malta illum għandha storja fejn il-gvern joħloq xi preżentazzjoni kbira biex biha jagħti ħafna direct orders ħalli jħallas lil dawk li jorganizzawlu l-attivitajiet tal-partit fil-gvern. Għandu raġun il-ministru jgħid li l-gvern dejjem kien responsabbli u jħallas lil min hu dovut ħlasu!

U kull meta l-Awditur Generali jistaqsi jew staqsa dwar kif u għaliex ħargu numru ta’ direct orders ftit li xejn jkun hemm jew kien hemm ministeri li jagħtu risposta sodisfacenti. Dan l-aħħar kien hemm ukoll mistoqsijiet u dubji dwar ir-raġuni li tħallsu mal-million ewro f’overtime etċ mill-Ministeru ta’ Għawdex.
Ir-regolamenti għal infieq fil-gvern qegħdin hemm, iżda is-serjeta’ u l-osservanza ma tantx huma impenn li jsibu f’dan il-gvern.

L-argument tiegħi huwa li f’gvern li għamel kull ma seta’ biex jdaħħal f’moħħ il-poplu li l-aktar importanti fil-ħajja hija l-loġika ta’ “the end justifies the means” kif issa nistgħu noqogħdu nnewħu li qed inkerrħu Malta bil-konkos ma’ kullimkien. Din mhix loġika li trid tagħmel xi sagrifiċju biex tifhimha. Din hija loġika li tgħid hekk aħjar, b’din jaqbilli. Din hija loġika li tissodisfa l-eġoiżmu mill-aħjar li tista’.

B’din il-loġika ta’ xejn ma hu xejn, waslet lil min hu fil-gvern u fis-sens wiesa’ tal-kelma, jemmen li fil-ħajja everything goes. Mhux din kienet il-loġika ta’ Evarist Bartolo meta kien parti mill-Kabinett tal-Labour? Kull ma trid tagħmel tista’ tagħmlu. Din kienet u hija l-loġika tal-liberaliżmu li emmen fih Evarist Bartolo. Din il-loġika ssarfet fl-libertinaġġ li ried Bartolo f’pajjiżna. Il-konkos hu ħolqu f’dan il-libertinaġġ ġdid li ried idaħħal f’pajjiżna.

Kienet u hija din il-logika tal-politika li l-ħażin għamlitu tajjeb u fejn is-serq u l-giddibin ma għadux ikkunsidrati ħżiena mill-gvern. Grazzi għal din il-loġika u politika, is-serq u l-korruzzjoni huma inevitabbli. Anzi jien nżid ngħid, jekk ma tisraqx tkun ikkunsidrat baħnan. Dawn huma n-nies li qegħdin jaħilbu minn din il-baqra li jisimha gvern. Illum il-fatti magħrufa u ħadd ma jiddejjaq b’li qegħdin jgħidu dwaru.

Mhux ser nitkellem dwar il-korruzzjoni għaliex illum il-poplu idejjaq jisma dwarha. Iddejjaq jisma’ bl-abbużi u jara li ma qiegħed isir xejn. Fuq kollox, dan hu dak li jfisser konkos kullimkien. Kif jgħidu, il-ħuta minn rasha tinten u meta jafu li l-imperatur qiegħed jiekol, is-suldati jkunu jridu is-sehem tagħhom. Tgħid il-gvern qed jgħix beyond its means?

Fin-nuqqas tal-politika imsawra fuq il-valuri u prinċipji bħala motivazzjoni, allura l-infiq tal-flus u d-dħul tal-flus jibqgħu jkunu l-unika laħma. Ladarba warrabna t-tisħiħ tal-valuri fis-soċjeta’, iva l-flus spiċċaw l-unika laħma li baqa’ għal min jidħol fil-politika. Dak li kien jiġri fis-snin sebgħin fil-kontinent u anki fl-Awstralja fejn studenti jidħlu l-universita’ biex jitgħallmu kif ser isiru miljunarji, qed narawh isir f’Malta. U l-politika saret waħda mis-sorsi biex jintleħaq dan il-għan.

Dan kollu qed jwassal biex il-poplu jitlef il-fiduċja fil-ġejjieni ta’ pajjiżna. Ħasra li wasalna sa hawn. Pajjiż li spiċċa qiesu għar tal-ħallellin. Ta’ min irid jaħleb kemm jekk jaħdem mal-gvern u kemm jekk jaħdem mal-privat u iżjed ma qiegħed isir hekk, iżjed qed ngħerqu fil-ħama tal-ħażen u l-ħażen jeqred lilu nnifsu. Għalhekk qed neqirdu dan il-pajjiż għaliex kollox spiċċa xejn ma hu xejn u konkos ma’ kullimkien. Ma hemmx fejqan u tama qabel ma nindunaw x’inhu s-sors tal-problema għall-konkos ma’ kullimkien.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *