Ilbieraħ kien hemm każijiet ta’ dixxiplina gravi fil-ħabs ta’ Kordin fejn weġġgħu żewġ ħabsin u ġew aggrediti uffiċjali korrettivi

Waqt li l-media kompliet tinfurmana dwar il-ħatra ta’ direttur ġdid tal-ħabs, dan is-sit jinsab infurmat li s-sitwazzjoni f’dan il-post qed tkompli tisħon. Ovvjament dan mhux tort tad-direttur il-ġdid direttament. Il-qiegħa ilha tisħon minn mindu twarrab Alex Dalli minn direttur. Imma d-direttur il-ġdid kien parti mill-amministrazzjoni li mexxiet il-ħabs ta’ Kordin taħt Brincau. Kif jgħidu bl-Ingliż the chickens are returning home to roost.

Infatti, dan is-sit jinsab infurmat li lbieraħ wara nofsinhar, fil-ħabs ta’ Kordin, priġunier barrani, ta’ karnaġjon skur beda jitqatta’ bi blade u jxejjer il-blade lejn l-uffiċjali korrettivi li marru biex jassistuh u bl-ebda mod ma ried iċedi u jagħti ruħu f’idejn l-awtoritajiet. Tant hu hekk li kellu jintuża l-pepper spray biex il-priġunier trażżan u seta’ jiġi kkontrollat mill-uffiċjali korrettivi.

Intant aktar tard wara dan il-każ, jiġifieri lbieraħ fil-għaxija, priġunier ta’ nazzjonalita’ Libjana beda jipprotesta u ma riedx jidħol fiċ-ċella tiegħu wara l-fall in ta’ filgħaxija. Wara diversi tentattivi mill-uffiċjali korrettivi, dan ipperswada ruħu u daħal fiċ-ċella tiegħu. Hekk kif daħal fiċ-ċella tiegħu, dan faqa’ imnieħer il-priġunier li hemm miegħu fiċ-ċella u ttieħed f’Divizjoni 6 immedjatament.

Uffiċjali korrettivi li tkellmu ma’ dan is-sit qaluli li fl-aħħar ġimgħat żdiedu l-inċidenti fost il-ħabsin fil-konfront tal-uffiċjali korrettivi. B’dawn tal-aħħar jgħidu lil dan is-sit li qed jippruvaw jaħdmu kif jistgħu għax jafu li backing min-naħa tal-amministrazzjoni tal-ħabs m’għandhomx. Anzi ħafna uffiċjali qed jibżgħu li l-amministrazzjoni iżżomm mal-ħabsin flok mal-uffiċjali korrettivi.

B’hekk l-għażla tal-persuna mill-ministru biex imexxi lill-ħabs qed iddoqq ftit stunata ma’ ħafna mill-uffiċjali korrettivi. Id-direttur il-ġdid kien il-kummissarju għall-istandards tal-priġunieri. Issa dan hu ċ-CEO ta’ Faċilitajiet Korrettivi ta’ Kordin? L-uffiċjali korrettivi qed jgħiduha ċara. Lil liema Alla ser jaqdi? Lil Alla tal- priġunier jew lill Alla tal-poplu li jeżiġi dixxiplina u mġieba xierqa mill-ħabsin? Jew ser jipprova jaqdi lil Alla u lix-xitan mill-istess siġġu?

One thought on “Ilbieraħ kien hemm każijiet ta’ dixxiplina gravi fil-ħabs ta’ Kordin fejn weġġgħu żewġ ħabsin u ġew aggrediti uffiċjali korrettivi

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading