Roberta Metsola u Owen Bonnici huma żewġ Maltin li ser jattendu l-World Economic Forum ta’ din is-sena

Bejn 16 u 20 ta’ Jannar tal-2023, ser jiltaqa’ World Economic Forum. Fost il-persuni minn Malta li ser ikunu qed jattendu dan il-Forum, jidhru Robert Metsola li ser tkun qed tattendi fil-kapaċita’ tagħha ta’ President tal-Parlament Ewropew u anki il-Ministru Owen Bonnici li ser ikun qed jattendi dan il-forum f’isem il-gvern Malti. Għal dan il-forum ser jattendu mexxejja mid-dinja kollha, inkluż persuni mill-qasam bankarju.

Fuq kollox, sakemm kienet ippubblikata din il-lista, għall-EU, minn barra Metsola u Ursola von der Lyden kienu ser jattendu għal din il-laqgħa numru ta’ kummissarji. Imma l-isem tal-Kummissarju Malti, Helena Dalli, ma kienx għadu qed jidher fuq din il-lista.

Dak li hu żgur, li dan il-forum ma tantx għandu biex jiftaħar għaliex dak li kien kapaċi jagħmel huwa li jfaqqar lill-klassi medja, ikompli jikkrea l-prekarjat waqt li l-mexxejja jieħdu salarji ta’ eluf ta’ euro fis-sena għalihom infushom. Hawn hija l-lista ta’ dawk kollha li ser jattendu skont kif maħruġa fl-10 ta’ Jannar 2023.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *