Aktar minn 20,000 ruħ fehmu kemm hija toxic il-politika liberali: issa hu l-mument biex il-PN jeħles mil-liberali li hemm fi ħdanu

Minn Edwin Vassallo

Skont Lovin Malta, madwar 20,000 ruħ daħlu llum jipprotestaw kontra d-dħul tal-abort f’Malta. Dawn ħarġu jipprotestaw kontra l-emenda li jrid idaħħal Robert Abela. X’ifisser dan kollu?

Dan kollu jfisser li n-nies bdiet tinduna kemm il-politika liberalli hija toxic. Fi kliem ieħor din hija politika valenuża li toqtol u teqred lil kull min imiss magħha. In-nies qed tifhem li l-abort huwa riżultat ta’ din il-politika liberali. Din mhix vera politika tal-ugwaljanza. Din hija politika li tfisser uniformita’ fejn jekk ma taqbilx magħha jaraw kif jagħlqulek ħalqek billi jpamplulek xi libell.

In-nies uriet li mhux qed taqbel mal-politika tan-newtralizzazzjoni tal-ġeneru. In-nies mhux qed taqbel mal-qerda tal-familja. Dan hu t-totalitariżmu l-ġdid. Dan it-totalitariżmu hu riżultat ta’ din il-politika liberali. F’din il-politika, il-bniedem huwa stmat ta’ oġġett. Illum in-nies qed tgħid li ma tridx tibqa’ smata ta’ oġġett. Dan mhux messaġġ biss għal dan il-gvern. Dan hu messaġġ għal kull politiku li jemmen jew iħaddan din il-politika liberali fejn ma hemm l-ebda rispett lejn id-diversita’ tal-ħsieb iżda ħakma totali fejn ħadd ma jista’ jaħseb differenti mill-istat.

Il-politika liberali hija mmexxija minn politiċi, ġurnalisti u qassisin woke li l-iskop tal-ħidma tagħhom huwa li jikkanċellaw lill min ma jaqbilx magħhom. Din hija l-politika tal-cancel culture li llum il-poplu qed jgħid le għaliha.

Kemm jien kuntent li dawn il-ġurnalisti woke illum ħadu messaġġ qawwi. Dawn il-ġurnalisti woke ppruvaw jirredikolawni billi jgħidu li jien “dinosawru”. Illum sirna nafu li hemm mill-inqas 20,000 dinosawru ieħor f’Malta li niżlu fit-toroq biex jgħid le għall-abort.

llum il-PN kellu konferma li meta jieħu deċiżjonijiet politiċi skont il-valuri umani jsib il-poplu warajh. Il-PN kien qed jitlef il-poplu għaliex kien hemm min, fi ħdanu, ried jagħmlu l-partit tal-woke. Illum intwera li jekk iżomm mal-valuri tiegħu, dan il-partit jista’ jerġa’ jibda jieħu l-ħajja u jerġa’ jibda jistejqer għaliex ser isib il-poplu warajh.

Jekk ma jibqax il-partit tal-woke, jibda jintgħaraf li huwa differenti mill-gvern u mhux biċċa waħda miegħu. Issa il-ġurnali tal-woke qed jieklu minn fuq dahar il-gvern liberali taħt forom differenti ta’ sussidji. Issa wieħed jifhem għaliex qed jattakkaw lill-PN meta beda jitkellem favur il-ħajja. Fl-establishment tal-PN kien hemm nies mixtrija mill-gvern. Dawn kienu qed jieklu miegħu u miegħu kienu qed jimbuttaw il-politika abortista fil-Partit Nazzjonalista.

Din id-darba, il-PN “broke the ranks”. Dan grazzi għall-ħidma li beda Adrian Delia u komplew jibnu fuqha deputati oħrajn tal-Partit Nazzjonalista li tassew fehmu x’għandu jkun il-PN illum. Issa jekk il-PN jibqa’ miexi fuq din il-linja għandu l-ġejjieni tiegħu f’idejh.

Issa huwa l-mument li l-PN jitnaddaf mil-liberali u jerġa’ jibda jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Issa hu l-mument li l-PN itajjar l-establishiment politiku liberali li kien kważi għamlu partit irrelevanti. Dak li ġara llum, kemm mis-survey u anki mill-protesta ntwera li ma hemmx ħajja u ġejjieni għall-PN fil-politika liberali. Lanqas ma hemm ġejjieni għall-poplu tagħna fil-politika liberali.

Kuraġġ poplu Malti. Kuraġġ PN. Il-ġejjieni tas-sewwa qiegħed biss fir-rispett tal-valuri umani. Il-ġejjieni tal-PN qiegħed f’politika li mhix tossika jew valenuża. Il-politika liberali li tal-establishment mexxew ġo dan il-partit kważi wasslitu fuq l-għafja tal-mewt.

Il-poplu issa beda jinduna li l-abort kien dieħel f’pajjiżna riżultat ta’ gidba u diżonesta politika.

5 thoughts on “Aktar minn 20,000 ruħ fehmu kemm hija toxic il-politika liberali: issa hu l-mument biex il-PN jeħles mil-liberali li hemm fi ħdanu

  1. Ghandek tghid Repubblika u Shift news huma kompletament assenti f’dan id-dibattitu dwar l-emendi tal-att dwar l-abort.
    Dawn taghkom jew le Edwin?

  2. Dawk huma li l-PN gabuh fejn qieghed. Nazzjonalisti vera ma jriduhomx. Il-PN biex jirkupra jrid jiehu passi radikali. Jrid jitqaccat kull min hu tossiku ghall-valuri li nholoq ghalih biex jirraprezenta li kienu sovranita u politika pro familja u l-hajja u jehles mill-klikka ta’ Repubblika flimkien ma nies bhal Metsola, Comodi Cachia u l-bella kumpanija li jiehdu l-ordnijiet minn Brussel u jaraw futurhom hemm anki jekk dan ikun akkost ta’ uliedna.

  3. Tim’s 20k estimate is very conservative because he left out all the nuns and priests following their charlie plus all those ex front line pneeeeeers that have a place booked fil qabar ta kristu. But anyhow the estimated 20k just about makes up half of labour last counted advantage.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *