Christian Peregin illum jistħi jgħid li kien streteġista ta’ Bernard Grech
Qed inġib dak li qed jidher fuq Whowho.mt dwar ix-xogħol ġdid ta’ Christian Peregin. Jien mhux ser nikkummenta fuq ix-xogħol ġdid li qiegħed jagħmel. Ta’ dan nawguralu. Imma nixtieq ngħaddi kumment żgħir fuq iċ-CV ta’ Peregin fuq dan is-sit.

F’dan iċ-CV li miegħu hemm marbut anki dan ix-xogħol il-ġdid ta’ Peregin, ma hemm l-ebda referenza għall-fatt li Peregin kien għal xi żmien l-istrateġista ewlieni ta’ Bernard Grech. Peregin isemmi li kien jaħdem ma’ The Times, waqqaf il-Lovin Malta u jgħid biss li kien konsulent politiku għal żmien qasir mingħajr ma jsemmi la l-partit li ħadem għalih u l-anqas lil Bernard Grech.

Daqshekk kellu nies iħobbuh il-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech! Għal ġieħna, Peregin tħallas l-elf ta’ ewro miġbura mingħand il-partitarji fi żmien Bernard Grech u llum il-Partit Nazzjonalista l-anqas biss jissemma fis-CV tiegħu.

Periwinkle kien wiehed minn dawk li kisser il partit u dabbar rasu. Wiehed minn dawk li kien jara in nies dubbien. Xorta onestament u minn qalbi nawguralu kull success