Minn meta l-provi fil-qorti huma bbażati fuq spekulazzjoni?

Il-Malta Today tatna l-aħbar sensazzjonali fejn qaltilna li “it is believed” Fr. Luke Seguna nefaq eluf fuq porn sites. Mhux ser nidħol fis-sensazzjonaliżmu tas-suġġett. Anki jekk irid ngħid li fit-titlu jqiegħdu din l-istorja bħala fatt assolut u wara nsiru nafu li “it is believed”.

Imma minn meta x-xhieda fil-qorti tiġi bbażata fuq “believe”? Ix-xhieda fil-qorti trid tkun ibbażata fuq il-provi, jiġifieri fatti. Nefaq jew ma nefaqx flus? U jekk nefaq dawn il-flus għamel reat? Jiġifieri kull min qed jonfoq flus fuq porn sites qed jagħmel reat?

Nifhem li hawn għandna każ ta’ qassis u aħbar bħal din ser tqanqal sensazzjoni. Dan hu sensational journalism. Imma l-qrati mhux qegħdin hemm għas-sensazzjonaliżmu. Jekk ma daħalx f’porn sites tat-tfal ma hemm l-ebda reat. Jekk uża flus biex jidħol fil-porn sites, dak tarah il-knisja u mhux il-qorti. Mela jekk ser inżommu l-ħabs kull min jidħol f’xi porn site, naħseb li rridu nżommu fil-ħabs tlett kwarti ta’ Malta jekk mhux aktar.

3 thoughts on “Minn meta l-provi fil-qorti huma bbażati fuq spekulazzjoni?

  1. Mhux l-ewwel darba li qassis ammetta li jimmasturba! Just go back to the podcast of that Mosta priest! – feel free to not publish this, but worth an article to show the double standards of the curia!

    1. Jiġifieri skont int, jekk qassis jimmasturba, għandha inżommuh arrestat il-ħabs?

      1. Le anzi ma nafx ghalfejn qieghda issir din id diskriminazzjoni ma Father Luke! Kwistjoni ta Two Weights and Two Measures – fejn f dan il kaz il-premessa ta’ innocent until proven guilty donnha waqfet tezisti u fejn f’daqqa wahda il-poplu Malti spicca poplu nadif u vergni u li jitkaza b’kollox!

Leave a Reply to Lion HeartCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading