Meta tistma lin-nies ta’ żibel, jitilqu

Minn Qarrej ta’ dan is-sit

Fl-aħħar ġimgħatejn, Kristy Debono, Frank Psaila u Roselyn Borg Knight ġew fdati b’xi bordijiet tal-Gvern. 

Dawn kienu esponenti ewlenin tal-PN. Telqu u lkoll nafu għaliex telqu: għax Il-PN maħkum minn grupp ta’ nies li jispeċjalizzaw kif se jgerrxu lil min jarawh ta’ theddida. Hemm ħdura bla preċedent. Sens qawwi ta’ superjorita’.

Debono kienet titla’ sparata mid-distretti tagħha. Kienet popolari ħafna. Żewġha, Jean Pierre Debono, kien pilastru fil-PN fejn qatta’ snin twal f’karigi sensittivi ħafna. Kien ċeda s-siġġu parlamentari biex tela’ Adrian Delia Kap tal-Oppożizzjoni. Lill- koppja Debono kienu ilhom biex jeqirduhom. Rawhom theddida, speċjalment lil Jean Pierre. Spiċċa biex telaq għal kollox mill-PN. Żarma. Kien tifel tal-partit. Kellu ħakma eċċellenti tal-grass roots tal-partit. 

Frank Psaila ħareġ għall-Ewropa għall-ewwel darba u ġab aktar minn 13,000 vot unijiet. Bħal Jean Pierre, kellu karigi sensittivi fil-PN u wiċċ tan-NET għal snin twal. Kien se javvanza ‘l fuq fil-partit. Għamlulu block vote fuq tas-Sliema biex ma jitlax. Martu, Alessia Psaila Zammit, kienet l-ewwel sindku mara tas-Siggiewi. Kienet tistinka ħafna u kapaci. Rawhom theddida. 

Borg Knight kienet persuna fabbli u maħbuba minn ħafna fil PN. Kellha futur politiku li jipprometti ħafna. Kellha kariżma kbira. Kienet tinżel tajjeb ma’ faxxex differenti fil-PN. Kienet moderata. Kellha l-parola facile. Kienet tistinka ħafna.

Il-PN remihom.

Robert Abela ġibidhom lejh. Hekk jintrebħu l-elezzjonijiet.

Hekk kien jiġri fi żmien Eddie Fenech Adami meta eks-esponenti ewlenin Laburisti ntrebħu mill-PN. L-eks Ministru Laburista Joe Grima tpoġġa fuq in-NET.  Manwel Micallef l-istess. Eileen Montesin ukoll. U ħafna ħafna oħrajn, inkluż esponenti ewlenin fiċ-ċivil.

Anke Mintoff għamel hekk. Każ ċar kienet ta’ Albert Mizzi, imprenditur ewlieni u anki Edgar Mizzi, li kien iċ-Chief of Staff ta’ Borg Olivier u spiċċa ċ-chief of staff ta’ Mintoff. 

U l-istess għamel Joseph Muscat fl-2013: John Bundy, Joe Tanti, Robert Musumeci, John Bonello, Jeffrey Pullicino Orlando, Franco Debono, Cyrus Engerer, Jean Claude Micallef, Ramona Attard (illum President tal-PL), u ħafna ħafna oħrajn. 

Naturalment meta jiġri dan jkun hemm partitarji tal-gvern tal-ġurnata li ma jieħdux gost. Iżda l-akbar tellief ikun il-partit li minnu jkunu telqu l-esponenti ewlenin. Fil-każ reċenti, l-PN. 

Għax biex nies bħal Debono, Psaila u Borg Knight jitilqu mill-PN wara li qattgħu nofs ħajjithom fih, bilfors ikunu sabu bsaten u gambetti kbar. U dawn hekk sabu. Il-PN sar dominju tal-famuzi, ipokriti, holier than thou. 

L-istess kif sab Robert Arrigo wara li żamm il-PN għaddej finanzjarjament għal aktar minn 5 snin. Stmawh ta’ żibel. 

Il-PN għandu problema kbira.

Naqra naqra qed jiżżarma.

2 thoughts on “Meta tistma lin-nies ta’ żibel, jitilqu

  1. jghajdu biex tirbah gwerra mhux li tkisser u tharbat pajjiz bil bombi u atakki kif qed jghamel Putin u l’Kremlin -tar-Russja u anke Adolf Hitler izda li tacetta il-Generali ta l-ghadu tieghek u thaddanhom mieghek u b-hekk terbah il gwerra U hekk nahseb li qed jghamel il-Prim Ministru Robert Abela ghalkemm qed inaffar dawk id-suldati ta l-azzar jitlef ftit biex jerbah hafna u b-hekk qed ihallat u lill Partit Laburista ma x-Nazxjonalisti li kienu tarka tal’PN u twarbu biex hidmiethom qed tghati frott versu ic-cittadini Maltin u Ghawdxin

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *