Qed inġib ritratt ta’ Jerome Caruana Cilia f’Ħal Luqa waqt attivita’: ftit tal-jiem ilu qal li kien marid!!!
Qed inġib ritratt ta’ Jerome Caruana Cilia waqt attivita’ f’Ħal Luqa. Qed inġibu għaliex meta ġejna għall-vot fuq l-IVF Jerome Caruana Cilia qal li kien marid. Jidher li malajr għaddielu għaliex mar f’attivita’ f’Ħal Luqa. Il-politiċi jridu jieqfu jitnejku bin-nies u l-media tal-Knisja trid tieqaf tagħti appoġġ lil min l-aktar jitnejjek bil-poplu!
Il-verita’ hija li dan ma marx il-parlament jivvota kontra l-emendi fl-IVF għaliex obda lil Bernard Grech li ta parir lil dawk id-deputati, li jafu li dawn huma pożizzjonijiet abortivi jmorru kontra l-prinċipji tal-Partit Nazzjonalista, biex minflok jivvutaw kontra, ma jmorrux il-Parlament u ma jivvutaw xejn.

jekghobda mil kap ghamel sew