“Irridu rappreżentanti li jemmnu fil-ġustizzja soċjali, fit-twemmin Demokristjan u huma ta’ eżempju tajjeb”
Minn qarrej ta’ dan il-blog
Bħala qarrrej regolari ta’ dan is-sit, f’dawn il-jiem kellna konfermi oħra tal-aħbarijiet li qed ikunu ppubblikati f’dan is-sit, ibda mir-reżenji tal-kurunelli ta’ madwar Bernard Grech u spiċċa fuq il-pożizzjoni li qed jieħu l-istess Bernard Grech favur l-abort.
B’hekk wieħed, wieħed, in-nies kollha ta’ madwar Bernard Grech qed idabbru rashom mid-Dar Ċentrali. Wara li farrku, ġelldu u qassmu partit, issa kważi kollha telqu ‘l hemm. Issa fadal Martina Caruana. Nispera li din mhix qedha hemm bil-paga. Dawk li telqgħu, kollha kienu bil-paga. Jekk Martina Caruana qedha bil-paga, allura verament il-Partit Nazzjonalista miss il-qiegħ. Ġa dan il-partit għandu diffikultajiet kbar finanzjarji. Dak li jonqos jitħallsu nies li qed iġibu lill-Partit Nazzjonalista rrilevanti. Issa naraw titlaqx ukoll. Jien nittama li titlaq ‘l barra ukoll.
Aħna fil-partit irridu rappreżentanti li jemmnu fil-ġustizzja soċjali, fit-twemmin Demokristjan u huma ta’ eżempju tajjeb. Ma rridux “woke culture” u wisq aktar irridu li l-partit iħallas mill-flus tal-partitarji l-impożizzjoni ta’ din l-kultura barranija li tmur kontra t-twemmin tiegħu. Din il-kultura konna fl-imgħoddi ngħidulha għariba. Ara dawk li ħadu l-eluf biex idaħħlu din il-kultura f’dan il-partit, ħafna minnhom warrbu jew telqgħu. Infakkar li kien hemm persuni li ma qablux ma’ din il-“woke culture” u ġew imwarrba minn dawn in-nies. Imma xi uħud minnhom, xorta għamluha fil-parlament bis-saħħa tagħhom stess. Issa qed iwarrbu huma fil-ġenb huma.
Nittama li meta Bernard Grech ikun camping għall-kwiet, jiekol il-BBQ, jirrealizza li ta’ madwaru kollha ħarbuh. Nittama li jirrealizza li meta titbiegħed mit-twemmin u l-prinċipji tal-partit, tkun qed tixkana kif fil-fatt ġralu jew kif qiegħed jiġġrilu l-Partit Nazzjonalista.
Issa nittama biss f’vers li ilu jhewden f’moħħi, f’dawn il-ġimgħat: “niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin.
Nistennew u naraw.
Nies li jemmnu fil gustuzzja socjali hemm qedin, imma dawn saru JIBZGHU mill partit taghhom stess ghax mghobbi b’nies li mohhom f’buthom….. ibda min fuq