Edwin Vassallo jieħu l-inizzjattiva u jsejjaħ laqgħa ta’ Djalogu għal nhar it-Tnejn fil-Mosta fis-7.30 pm

Wieħed mis-suċċessi tal-Partit Nazzjonalista kienu l-laqgħat tad-djalogu li kien jorganiżża. Dawn kienu popolari fil-Partit matul it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami. Dak iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista ma kienx jibża’ jistieden lin-nies biex jitkellmu. Kontra dak li qed jiġri llum fil-PN, fejn dan il-Partit huwa mmexxi minn dittatura liberali, il-ħsieb demokristjan kien jagħtik spażju biex titkellem.

F’dan l-ispirtu Demokristjan, Edwin Vassallo ser ikun qed jagħmel laqgħa ta’ djalogu nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju fis-sala tal-Kunsill tal-Mosta – jiġifieri fejn il-knisja tar-Rotunda, biex jkunu diskussi l-valuri fid-dinja tal-lum.

B’hekk Edwin Vassallo qed jistieden lin-nies li jemmnu f’dawn il-valuri biex jattendu għal din il-laqgħa.

One thought on “Edwin Vassallo jieħu l-inizzjattiva u jsejjaħ laqgħa ta’ Djalogu għal nhar it-Tnejn fil-Mosta fis-7.30 pm

  1. DWINU INT TAHSEB LI ELEZZJONI OHRA TIGI ELETT MEMBRU PARLAMENTARI ? MHUX AHJAR TMUR DGAWDI LILL FAMILJARI ?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *