Il-Ħasi reġa’ għamilha: gidem uffiċjal tal-Ħabs
Ftit taż-żmien ilu, il-Ħasi kien fl-aħbarijiet minħabba li ma kien tkellem xejn tajjeb fuq Alex Dalli meta dan kien direttur u l-media kollha kienet ppreżentatu bħala l-ħabsi ideali. Anthony Borg, magħruf bħala l-Ħasi kien qal li l-ħabs taħt Dalli kien sar post tal-vendikazzjonijiet. Kien anki attenda laqgħa politika taħt it-tinda tal-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u ltaqa’ miegħu.
Illum Anthony Borg spiċċa rrappurtat l-għassa ta’ Raħal Ġdid minħabba li gidem uffiċjal tal-ħabs. Anthony Borg il-Ħasi gidem dan l-uffiċjal meta kien qed jiġi trasferit minn Diviżjoni 12 għall-Diviżjoni 13.
Minħabba li attakka u gidem dan l-uffiċjal ġie trasferit issa għall-Diviżżjoni 6. Dan is-sit jinsab infurmat li dan ir-rapport fl-għassa ta’ Raħal Ġdid sar ftit tal-ħin ilu.
Wara li tant għajjar lil Alex Dalli bħala vendikattiv, issa ser jara b’għajnejh kif Dalli biddel ta’ taħt fuq din id-diviżjoni 6 tal-ħabs u ġabha aktar post uman waqt li fiha jinżammu l-priġunieri anki jekk baqgħet tagħmel ir-rowl tagħha, ta’ sezzjoni ta’ sorveljanza kbira.
Hu fejn u Joe maruf bhala Peppi…..Kif waqa fil muta. Tghd jthajjar izzommhu mieghu?