Il-Pulizija ta’ Toronto qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex isibu mara bid-daqna

Il-pulizija ta’ Toronto qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku ta’ din il-belt biex tinstab din il-persuna li ġiet irrappurtata nieqsa.

Dwar din l-istorja John Spiteri Gingell għamel dan il-kumment fuq il-pagna Facebook tiegħu:

Fil-ktieb 1984 – George Orwell jikteb: “The Party told you to reject the evidence of your eyes and ears. It was their final, most essential command.” Din mhux ċajta. Il-pulizija ta’ Toronto qed jitolbu liċ-ċittadini biex jiċħdu l-evidenza ta’ għajnejhom u widnejhom u qed jitlobhom jirrappurtaw ‘mara’ mfittxija – ‘mara’ bil-mustaċċi u d-daqna. Meta tispiċċa b’poplu li jemmen jew ta’ l-anqas ma jisfidax il-ġenn u l-gideb tant ovvju, dak il-poplu ikun wasal biex jaċċetta kollox u mhux lanqas il-ħakma totalitarja mibnija fuq il-gideb.

Kif jaqa’ poplu f’dan il-livell? Għax ikun tilef il-fibra morali li tagħtih sinsla. Hawn infakkarkom fil-ħrafa ta’ Hans Christian Anderson – The Emperor’s New Clothes – fejn kulħadd kellu joħroġ jammira l-imperatur u l-ilbies ġdid tiegħu meta fil-fatt kien għarwien. 99.9% tagħhom komplew mal-gidba li l-imperatur kien liebes ħwejjeġ ġodda. Il-lagħqa kienu hemm ovvjament minn ta’ quddiem biex ifaħħruh. Il-maġġoranza ċapċpu jew baqgħu siekta. Kien wieħed biss li kellu l-guts biex jgħid il-verita li l-imperatur kien għarwien. Fost dawk id-99.9% li akkomodaw il-gidba kien hemm ħafna nies bravi. Kien hemm ħafna dutturi u oħrajn bil-PHDs. Imma wieħed biss kellu l-kuraġġ li jgħid il-verita’. Għalhekk kif dejjem ngħid, mhux nies bravi jagħmlu d-differenza, iżda nies ta’ kuragg u fibra morali.” 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *