Issa li sirna nafu li l-koppja ser jiftħu kawża: ta’ min jistaqsi jekk l-awtoritajiet għamlux it-testijiet kollha?

Kemm niftaħru li aħna għandna l-aqwa servizz tas-saħħa fl-Ewropa. Imbaghad jiġri każ bħal dan u tiġi barranija u nħallu kollox għaddej u l-anqas nitolbu li ssir investigazzjoni interna ħalli naraw eżattament x’ġara u jekk dan kienx każ maħdum apposta jew le. U issa sirna nafu li ħa tagħmel kawża għad-danni fuq presunzjoni li setgħet ħadet infection.

Għal ħafna affarijiet iżgħar, id-Dipartment tas-Saħħa jordna inkejsti interni u immedjati. Imbagħad issa li ġejna mixlija mad-dinja kollha li għandna NHS tagħna ħażin, l-anqas biss ħadd ma tniffes. Ġiet attakkata l-professjoni medika u l-Gvern ma qal xejn. Is-servizz tas-saħħa ġie mqiegħed f’dawl ikrah u l-anqas l-union tat-tobba ma tkellmet.

Dan is-sit jinsab infurmat li hemm il-metodi fejn persuna tista’ tieħu pinnoli biex tikkawża dan it-tip ta’ korriment bħal ma ġie rrappurtat fil-media li kellha din l-mara Amerikana. Dawn huma pinnoli ormonali ta’ ċertu affikaċċja li jittieħdu f’perjodu speċifiku f’dan l-ewwel perjodu tal-ewwel tliet xhur tat-tqala. Dan is-sit mhux qed jgħid li din il-mara għamlet użu minn dawn il-pinnoli imma qed jistaqsi jekk xi ħadd talabx biex isir test tad-demm ħalli jkun aċċertat li ma kienx hemm din it-tip ta’ storja. Fuq kollox, dan illum sar importanti fid-dawl li din l-mara ser tkun qed tagħmel kawża lill-istat Malti.

Ara fuq dan il-punt, il-media tal-liberali ma staqsiet xejn. L-aqwa li din il-kopja qed toskura s-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna. L-anqas il-Ministru tas-Saħħa, li s-soltu joħroġ jitkellem anki fuq dubbiena li tidħol ġewwa l-isptar, ma qal xejn. Ovvjament dan jisteressah aktar il-post li jrid jieħu ġewwa l-Ewropa u jaf li jekk jitkellem, tista din l-istorja tintuża fil-grilling kontra tiegħu.

Aktar ma nisma’ fuq dan il-każ, aktar nemmen li hemm bżonn li l-affarijiet kollha jingħaddu u jekk kien hemm bżonn ta’ inkjesta u testijiet u dawn ma sarux, id-Dipartiment tas-Saħħa jrid jgħid għala ma għamilx. dawn it-testijiet. Infakkar li d-Dipartiment tas-Saħħa jagħmel inkjesti fuq affarijiet ħafna iżgħar u testijiet fuq ħafna affarijiet. Ma tistax tingħata l-impressjoni li fuq dan il-każ ħalla kollox għaddej.

Importanti li l-poplu jingħata l-kronoloġija kollha ta’ kif seħħew il-fatti kliniċi la darba dan issa sar każ pubbliku u fin-nofs ser ikun hemm involuti t-taxxi tagħna.

L-impressjoni li qed tinbena hija dik li hawn għandna montatura. Hu importanti għalhekk li l-affarijiet kollha jidhru u jkunu ppruvati li saru sew.

One thought on “Issa li sirna nafu li l-koppja ser jiftħu kawża: ta’ min jistaqsi jekk l-awtoritajiet għamlux it-testijiet kollha?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *