Il-kokaina reġgħet daħlet fil-ħabs
Dan is-sit kien ta l-istorja li tliet prigunieri f’diviżjoni numru 1 instabu pożittivi għad-droga. Dan is-sit jista’ jkompli jiżvela li dawn instabu posittivi għall-kokaina. Dan is-sit jinsab infurmat ukoll anki kif iddaħħlet id-droga fil-ħabs. Wieħed minn dawn il-priġunieri li nstab posittiv għad-droga kien ingħata prison leave minħabba li kellu jattendi funeral u meta daħal lura l-ħabs daħħal id-droga miegħu.
Bħal ma jiġri s-soltu f’każijiet fejn il-priġunieri jinqabdu bid-droga jew li għamlu xi ħaġa ħażina, dawn jitressqu quddiem bord tad-dixxiplina. Dan il-bord ħa d-deċiżjoni li jnaqqsilhom 28 jum – remission – kif isir is-soltu. Il-kelma remission hija waħda teknika li tfisser li l-ħabsi jitlef 28 jum minn dawk li jinħafrulhom awtomatikament mill-perjodu tas-sentenza tagħhom.
Minħabba dan il-każ saret laqgħa bejn l-awtoritijiet u l-kbarat tal-ħabs. Għal din il-laqgħa attenda ukoll l-Kummissarju tal-Welfare tal-Priġunieri. Inkun qed ngħid is-sewwa li l-Kummissarju tal-Welfare tal-Priġunieri beda joġġezzjona u ma riedx li dawn il-priġunieri li nqabdu bid-droga jingħataw dawn it-28 jum remission jew jitilfu 28 jum minn dawk li normalment jinħafrulhom?
Il-prassi fi żmien is-Sur Alex Dalli u anki qabel kienet li kull min jinsab “positive” għad-droga dejjem jingħata 28 ġurnata remission.
Ta’ min jgħid li ħafna mill-ufficjali huma mdejqin taħt din l-amministrazzjoni tal-ħabs. Qed jaraw is-sitwazzjoni fil-ħabs sejra lura.
Wieħed irid jgħid li l-Kummissarju tal-Welfare tal-Priġunieri huwa indipendenti mill-aġenzija tal-ħabs – kif tgħid il-liġi llum – imma dan is-sit jinsab infurmat li qiegħed ikun il-ħin kollu fl-uffiċċju tad-direttur u llum huwa l-veru direttur u mhux is-Sur Brincau. U hawn nerġa’ nistaqsi lill-Awtoritajiet tal-ħabs jekk hux veru li kien hemm istanzi fejn il-Kummissarju tal-Welfare pprova jinfluwenza r-remission board biex jagħti remission lura lil ċertu priġunieri li kienu tilfuha fl-imgħoddi minħabba mġieba ħażina? Għaliex il-Kummissarju tal-Welfare għandu dawn l-interessi kollha?
Qabel kien jinheba kollox taht ex dittatur kollox kien jinheba u IL.klikka tieghu daqs li kieku qatt ma instab xejn jekk ma tafx Simon kun ghaf .