Lovin Malta tgħidilna li eks-ajjutant ta’ Bernard Grech hu favur l-abort

Dan is-sit kien ħadha qatta’ bla ħabel kontra Bernard Grech u n-nies tiegħu meta dawn bdew imexxu aġenda anti-kattolika li tmur kontra l-ethos tal-Partit Nazzjonalista. Talli bdejt nattakkahom, bdew isiru kruċjati kontra tiegħi organizzati mill-qassis Fr. Joe Borg permezz tal-media tal-Knisja għaliex skont huma jien mafjuż u mixtri minn Yorgen Fenech. Monsinjur tat-tribunal tal-kurja Maltija, ċertu Bajada, li issa sirt naf li qaddes ma’ Borg, kien jagħmel like jew jikkummenta kull darba li ta’ Repubblika kienu jikkritikawni u dan talli kont qed nikkritika l-benjamini tagħhom, jiġifieri l-abortisti ħbieb ta’ dawn il-qassisin fid-Dar Ċentrali.

Issa dak kollu li kont nikteb ħiereġ li hu veru. Dan is-sit spiċċa jgħid il-verita meta kien jikteb li Alessandro Farrugia kien qed imexxi kampanja kontra dawk kollha li kienu fidili lejn il-maġisteru tal-knisja fil-partit Nazzjonalista. Saħansitra Alessandro Farrugia ma kienx ried li jidhru kandidati b’kruċifissi warajhom. Infakkar li Joe Borg u l-media tal-knisja, sponsorjata mill-Bank APS, kienet wara Alessandro Farrugia biex jeliġġu lil Bernard Grech mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Issa tafu għaliex!

Jien mhux ser ngħid ara b’min kien imdawwar Bernard Grech għaliex Alessandro Farrugia kien wieħed minn dawk li qiegħed hemm lil Bernard Grech u ħadem ħafna biex Bernard Grech ikun elett kap u mexxa kampanji kontra dawk li bħali ma qbilniex li l-kap ta’ qabel, Adrian Delia kellu jirreżenja. Ma għandix dubju li Fr. Joe Borg, bħala qassis kien jaf x’isarraf Farrugia, imma għaliex kont u għandi ngħid is-sewwa, spiċċajt attakkat min dan Borg li ma ddejjaqx ‘jivvomita’ il-gideb fuqi.

Dawn l-istejjer qed juru li mhux biss il-PN ma għadux jintgħaraf u sar replika tal-PL, imma l-anqas l-istess Knisja ma għadha tintgħaraf

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *