Ngħid sew li Nicholas Camilleri għamel suwiċidju għaliex ħassu ttradut mill-avukata tiegħu f’kawża li għandu fil-qorti?
Illum kellna l-aħbar li Nicholas Camilleri instab mejjet ġewwa Għajn Tuffieħa. Il-pulizija ma tatnix il-kawża tal-mewt tiegħu imma eskludit li ġie maqtul. Mela Nicholas Camilleri jew miet mewta naturali jew qatel ruħu b’idejh. Issa qabel għeb huwa ħalla messaġġ fuq Facebook. Dan kien suġġett ta’ aħbar fuq Newsbook. Newsbook kiteb li
“Fuq Facebook, b’mod sarkastiku huwa rringrazzja lill-avukat tiegħu li qal kien ilu ħames xhur jitlobha biex tagħmillu tliet rikorsi li qal baqgħu ma ġewx ippreżentati l-Qorti. Camilleri għamel numru ta’ allegazzjonijiet oħra.“.
Qed inġib il-messaġġ kollu tiegħu għaliex jidher ċar li dak li kiteb kien it-testment ta’ dan il-bniedem.
Għeżież Ħbieb,
Nixtieq nirringrazzja lill-għażiża Avukata, ilni nitloba sabiex tagħmilli tliet rikorsi ħames xhur sħaħ, tgħidlek li għamlithom, titlobha kopja u r-referenza tagħhom u qatt ma tagħtihomlok u li dawn huma ta’ ferm importanza speċjalment wieħed minnhom li jinvolvi kumpanija ta’ telekomunikazzjoni għaliex iż-żmien li jinżammu fi d-database u ta’ madwar sena.
Tgħidlek ukoll li daħlithom il-Qorti u meta morna jien flimkien ma’ ħuti, dawn jgħidulek li ma jeżistux fis-sistema.
Hawnhekk għandna aktar nikkonfermaw li fis-sena 2021 u l-bidu tas-sena 2022 s’issa, meta l-mara reġgħet għamlet mossa mhux xierqa ma l-eks-imsieħeb tagħha, u jien iċċekkjajt, dan jirriżulta li bdiet tibdel il-lokazzjoni ta’ fejn tkun.
Rikors ieħor jittratta l-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei, għaliex meta madwar ħames snin ilu, il-mara kienet qaltli li hemm persuna oħra bejnietna u li dawn kienu anke ilhom iċemplu u jibgħatu messaġġi għal tul ta’ żmien, jien grazzi għall-mara laqqgħat virus fil-parti tiegħi u kelli wkoll nieħu kors pinnoli. L-Infermiera ta’ din il-clinic qaluli li dan il-virus jiġi trasmettit mis-sess ma’ persuna oħra. Il-persuna li qiegħed nirreferi għalija hi l-istess wieħed li semmejna aktar ‘il quddiem u li l-mara qaltli bih għaliex kienu ġġieldu u beda jheddidha anke li jaqbadha minn xagħarha u jkaxkara t-taraġ li għandha fuq barra tad-dar.
Rikors ieħor hu ta’ t-tabib tiegħi, għaliex meta tela’ jixhed u li anke mir-recordings tal-Qorti, deher ċar li kien ser jiżvela xi affarijiet dwar is-sieħeb tal-mara, hu ried li anke jaqra r-rapport li għamel fuqi, li jaqra l-konklużjoni u li jippreżentah il-Qorti. L-avukata tiegħi ma’ ħallietux jagħmel l-ebda waħda minn dawn it-tliet affarijiet.
Nixtieq ngħid ukoll li jien kont vittma ta’ vjolenza domestika mal-mara għaliex peress li din taħdem l-isptar, meta jinqala’ xi ħaġa bejnietna, hi kienet iġġib it-tobba li taf hi u ddaħħlek fejn trid. Fil-fatt, meta kellna t-tfal żgħar, jien kont ftaħt is-separazzjoni darbtejn u hi rnexxielha tagħmel dan.
Affari oħra li nixtieq ngħid hi li xi membri tal-familja tiegħi qegħdin jgħinu lill-mara u li din ħassejtha ħafna.
Inselli għalikhom
Nicholas

Il problemi familjari huma serja hafna hu jistaw igibu problemi kbar. Hemm mien jirnexilu jadi minhom u jkomli hajtu mil l-ahjar li jista u hemm minn muhiex kapacci bizejet biex jifacja l- konsigwenzi. Wahda mill l-ikbar problema hi meta tafetwa s-saha tal bniedem. Specjalment is-sahha mentali. Fiz-zminijiet tal-lum li dawn zdidu nahseb li huwa l-waqt li ghandu jkun hemm xi tip ta tarif fil qasam tal edukazjioni fejn jipreparaw lil tfal minn ckunithom. Li tmur ghand psikologista jew psikjara meta wiehed ikun ghadej minn xi problemi difficli li jitfaca maghom fil haga tajba hu importanti hu mhux disunur imma prevenzjioni.