Tliet priġunieri jinstabu pożittivi għad-droga f’Divizzjoni 1 tal-ħabs u ħadd ma jgħid xejn
Dan is-sit jinsab infurmat li tliet ħabsin ġewwa l-ħabs ta’ Kordin instabu pożittivi għad-droga. Dawn il-ħabsin jinsabu f’diviżżjoni numru 1. Dan mhux l-ewwel każ fejn instabet id-droga fil-ħabs minn mindu spiċċa jew aħjar tkeċċa l-kurunell Alex Dalli mit-tmexxija ta’ din l-istituzzjoni. Ftit tal-jiem ilu nstab anki gwardjan pożittiv għad-droga tant li ġie tterminat l-impjieġ tiegħu.
Kif kien ħabbar dan is-sit, l-attakki kontra Dalli kienu kollha orkestrati biex id-droga terġa tiddaħħal fil-ħabs. Illum din l-istorja tat raġun lil dan is-sit.
Dawk li kienu qed jagħmlu profitti mis-suq tad-droga fil-ħabs leħqu l-pjan tagħhom li jaraw d-droga mill-ġdid fil-ħabs.
