Il-kuntratt tal-operaturi tad-deckchairs fuq Kemmuna skada sentejn ilu imma qed jiġi mġedded mill-Ministru għall-Għawdex

Il-weekend li għadda smajna u qrajna dwar l-azzjoni li ħadu l-NGO Graffiti fuq il-gżira ta’ Kemmuna. Huma neħħew l-umbrellel u d-deckchairs kollha li jitpoġġew kull filgħodu fil-ftit spazju li hemm fil-Blue Lagoon. Il-volontarji ta’ Graffiti kien ilhom jikkritikaw dan l-abbuż li kien qed isir f’Kemmuna u fl-aħħar ħadu azzjoni. U sew għamlu.

Nafu li sa ftit tas-snin ilu kien hemm kuntratt biex ikunu jistgħu jitpoġġew dawn l-umbrellel u deckchairs. Imma dan il-kuntratt ilu li għalaq sentejn. Kien qed ikun il-Ministru ta’ Għawdex li jġedded b’mod kwiet dan il-kuntratt u jħallihom jieħdu l-liġi f’idejhom u jiksu kull ma hemm. Mela għalkemm il-kuntratt ilu li skadut xorta għadhom jagħmlu dak li kienu jagħmlu, jekk mhux agħar, meta kellhom kuntratt iffirmat.

Tiskanta kif il-kumitat li jamminstra lil Kemmuna (Comino Management Committee) jibqa’ gallarija. Kif jista’ jkun li dan il-kumitat taħt it-tmexxija ta’ Gavin Gulia ma kellu xejn xi jgħid. Possibbli ma ħassx li kellu jżomm lil ċertu nies li kienu qed jiksru l-istess liġi u li ma kellhomx aktar permess uffiċjali biex jibqgħu jagħmlu hekk?

Issa aħjar, għax sirna nafu ma’ min kien sar dak il-kuntratt biex jintramaw dawk l-affarijiet fix-xhur tas-sajf u donnu tant għandhom saħħa li ma jkellimhom ħadd. Issa sirna nafu li il-fat cat Għawdxi għandu s-sieħeb tiegħu fil-business prinċipali tagħhom, li kien iffirma l-famuż kuntratt ta’ Kemmuna flimkien ma’ ieħor. L-ieħor inzerta li għandu oħtu membru tal-parlament ewropew f’isem il-Partit Laburista.

Hekk tibda tifhem għaliex ċertu affarijiet jibqgħu għaddejjin u ħadd ma jipprova jikkontradixxi dak li jkun qed isir. Is-sabiħa hi li dawn it-tnejn min-nies ma għandhomx għalfejn ikollhom l-ebda kuntratt ġdid. Għax ħadd qatt ma kellimhom u donnu ħadd mhu qed ikellimhom. Donnu ħadd ma jista’ għalihom.

Min-naħa tal-Gvern ma ttieħdet ebda deċiżżjoni fuq it-twaqqif ta’ dawn l-affarijiet. L-oppożizzjoni ma tantx kienet voċifera fuq dan l-abbuż. Kellhom ikunu l-membri tal-NGO Graffiti li tellgħu din l-istorja fl-aħbarijiet bil-mossa tagħhom.

3 thoughts on “Il-kuntratt tal-operaturi tad-deckchairs fuq Kemmuna skada sentejn ilu imma qed jiġi mġedded mill-Ministru għall-Għawdex

  1. MORE REASONS WHY PRESSURE GROUPS ARE NEEDED. EXCEPT THESE GROUPS SHOULD NOT ENTERTAIN SUBVERSIVE POLITICAL ELEMENTS INFILTRATING WITHIN THEM.

    TAKE THIS CASE. THEY WERE SUCCESSFUL BECAUSE THIS WAS A NATIONAL, APOLITICAL ISSUE.

  2. Il-favoritiżmu, nepotiżmu, klijentaliżmu, lagħqiżmu u ħbieb tal-ħbieb huma l-passtempi ta’ x’uħud u huma wkoll qradiet fuq it-tmexxija tal-pajjiż. Il-maġġoranza tan-nies ma japprovawx dawn l-prattiċi u min qed imexxi għandu jifhem dan mill-aktar fis possibli. Mhux ta’ xejn li bosta nies tilfu kull fiduċja fil-klassi politika tagħna!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *