Il-Partit Nazzjonalista irid l-ewwel jispjega kif sar dan id-dejn kollu tiegħu qabel ma jitkellem fuq l-infieq irresponsabbli tal-gvern
Minn osservatur politiku
Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-media tiegħu NET News qalilna li
“Il-gvern għandu jispjega infieq irresponsabbli ta’ fondi pubbliċi”.
Naqblu. Huwa importanti li kulħadd ikun sorveljat ta’ kif jonfoq il-flus fdati f’idejh.
Imma jista’ l-istess Partit Nazzjonalista barra li jipponta subgħajh għal infieq li qed jagħmel il-Gvern minn flus il-poplu jgħid lis-sostenituri tiegħu kif il-Partit għamel tant infieq żejjed li tella’ d-dejn għal €32 miljun?
Fil-fatt NET News ikompli jgħidilna li
“l-Kelliem għall-Amministrazzjoni Pubblika, Darren Carabott u l-Kelliem għax-Xogħol, Ivan Castillo f’isem il-Partit Nazzjonalista saħqu li trid tintrefa’ responsabbiltà għal min qed jagħmel użu ħażin tal-fondi pubbliċi li qiegħda twassal f’instabilità u inċertezza għall-eluf ta’ familji ta’ impjegati mas-settur pubbliku, u fl-istess waqt tfisser allokazzjoni u nefqa ħażina tal-fondi pubbliċi – flus in-nies”.
Għal darba oħra nikkonferma li naqbel ma’ dak li qalu ż-żewġ kelliema f’isem il-Partit Nazzjonalista. Imma meta naqra dawn id-dikjarazzjonijiet mill-ewwel niftakar fis-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.
Dan iwassal biex in-nies u l-partitarji jgħidu u jisħqu min ser jerfa’ responsabbilta’ għall-użu ħażin tal-fondi tal-Partit Nazzjonalista għax din is-sitwazzjoni qed twassal f’instabilita’ u inċertezza għall-eluf ta’ sostenituri tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess waqt, dan id-dejn ifisser allokazzjoni u nefqa ħażina tal-fondi tal-Partit Nazzjonalista – jiġifieri l-flus tat-tesserati.
Huwa importanti li qabel ma jaraw kif ser isolvu l-problema finanzjarja akuta li għandu l-Partit jaraw, janaliżżaw u jinvestigaw kif, meta u min wassal biex il-Partit Nazzjonalista għandu €32 miljun dejn. Qabel mal-partit jitkellem fuq il-finanzi tal-pajjiż, irid jara li l-finanzi tiegħu huma fis-sod.
Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ NET News,
“jappella wkoll sabiex mill-aktar fis possibbli, il-Gvern jispjega b’mod ċar f’liema setturi u/jew dipartimenti qiegħda ssir din in-nefqa ħażina kemm għall-finijiet ta’ trasparenza sħiħa u kif ukoll sabiex iserraħ l-imħuħ ta’ eluf ta’ impjegati inkwetati wara dan żvelat”.
Anke dan jgħodd tajjeb għall-Partit Nazzjonalista għaliex mill-aktar fis possibbli, dan il-Partit għandu jispjega b’mod ċar min huma dawk is-setturi (nies) li għamlu dan l-infieq ta’ miljuni ta’ Euro. Dan jagħmluh kemm għall-fini ta’ trasparenza sħiħa u kif ukoll sabiex iserraħ l-imħuħ ta’ eluf ta’ tesserati u ta’ dawk l-impjegati ta’ Media Link li jinsabu inkwetati wara dak li żvela Dr Bernard Grech.

Jien nahseb li Bil professjonisti kollha le hemm fil P.N. ghandhom isibu erbgħa biex jaghmlu stock take ta l accounts.Jekk jidecidu mhux se jidhlu f’ spejjeż godda . Jew l avukati biss qedin hemm biex ifittxu il hazin Tal Gvern u jaghtu il hazin Tal P.N.?
Ghandu jsir ezercizzju profound u tinfetah ikjesta interna min 3 Jew 2 imhallfin indipendenti biex ikun stabbilit kif u fuqiex intefqu dawn il miljuni kollha w’min kien responsabli ta din it tracedja li twettqet fid dawl tax Xemx. Is sostenituri tal PN ghandhom kull dritt li jkunu jafu. Biex tiskongra trid tkun pur.
kif tista tikrita lil gvern fuq kif qed jonfoq il flus meta :
1 meta gejtu fdati intom bi flus il poplu (25 sena) konna ha nispiccaw bhal grecja? bail out
2 meta lanqas il flus tal partit taghkom ma kontu kapaci timanigjaw?32miljun dejn