Where your opinion counts

Il-Knisja f’Malta tinnega li l-arċisqof Scicluna ried iħassar iż-żjara tal-Papa

Minn Osservatur Politiku

Ix-Shift News kienet ħarġet bl-esklussiva li kien hemm dissent fil-kurja dwar iż-żjara tal-Papa. Bi dritt għat-tweġiba, l-Arċidjoċesi qalet li hija tiċħad kategorikament l-allegazzjoni magħmula minn Shift News li l-Arċisqof Charles Jude Scicluna talab postponiment taż-żjara tal-Papa f’pajjiżna. Kelliem għall-Arċidjoċesi qal li xejn mhu iżjed il-bogħod mill-verita’.

Fil-fatt, il-Gvern tal-Lejber jaf li Monsinjur Scicluna qatt ma hu ser jagħmillu xi oppożizzjoni u dejjem lest jipprova jakkomoda dan il-gvern f’kollox.

B’hekk skont din l-istqarrija tal-Kurja, il-mawra tal-Papa f’pajjiżna kellha l-appoġġ sħiħ tal-Arċisqof Scicluna u għalhekk huwa ta’ dispjaċir kbir li Shift News qagħdu fuq sorsi anonimi u mhux infurmati biex b’mod ħażin qalu li n-Nunzju Appostoliku annulla lill-Arċisqof.

Li ma qalx l-Arċisqof jew il-kelliem tiegħu hu li fost dawk li bdew jagħmlu pressjoni biex il-Papa ma jiġix Malta ġimgħa wara l-elezzjoni, hemm l-elementi ta’ Repubblika mpjegati mal-knisja Maltija li tgħidx kemm ipprovaw iħassru ż-żjara tal-Papa biex Robert Abela ma jkollux l-opportunita’ jgħaqqad lin-Nazzjon wara kampanja elettorali. Dawn l-elementi ta’ Repubblika huma qrib ħafna tax-Shift News li ħarġu bl-esklussiva li kien hemm dissent fil-kurja dwar iż-żjara tal-Papa. Anki jekk hu veru li dan id-dissent kien jeżisti fost il-kleru.

L-Arċisqof aħjar idur dawra miegħu nnifsu u jibda jnaddaf minn madwaru lil dawk li moħħhom iżjed f’dak li tagħmel l-għaqda Repubblika milli fix-xogħol tal-Knisja. Dawn huma l-istess nies li filgħodu jmorru għax-xogħol u jilgħabuha tal-qaddisin u konservattivi, imma wara l-ħin tax-xogħol jinbidlu f’liberali li jridu jkissru l-Partit Nazzjonalista għax hu kontra l-abort u jdaħħlu libertajiet ċivili bħal ewtanazja u kiri tal-ġuf.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *