Mgr. Anton Gouder jgħid lil Bernard Grech: “min jagħżel li jkun bħall-oħrajn, ineħħilna l-bżonn li nagħżlu lilu”
Monsinjur Anton Gouder tella’ post fuq Facebook fejn talab lil Bernard Grech jgħid eżatt x’inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq l-abort. Kif għamel dan is-sit, Gouder qiegħed jistaqsi eżattament x’ried ifisser biha Bernard Grech il-frażi “ma naħsibx li għandna dritt niddeciedu kif in-nies għandhom jgħixu ħajjiethom.” Gouder jgħidlu ċar lil Bernard Grech. Jekk irid ikun bħall-oħrajn, il-poplu ma għandux bżonn jagħżel lilu. Hawn qed inġib l-post kollu ta’ Anton Gouder u l-mistoqsijiet li għamel:
Waqt programm Xtra, meta mistoqsi fuq valuri morali u ssemma l-abort bħala eżempju, Dr Bernard Grech wieġeb hekk: “ma naħsibx li għandna dritt niddeċiedu kif in-nies għandhom jgħixu ħajjiethom.”
Xi jrid ifisser eżatt donnu ma riedx igħid, imma b’li qal jiftiehem xi jrid igħid. Nistaqsi:
1. Għaliex qabel l-elezzjoni wieġeb li skont l-istatut tal-Partit, il-Partit huwa kontra l-Abort? Se jibdel l-istatut?
2. X’ġielu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu? Ir-riżultat tal-elezzjoni?
3. It-tifsira “tal-politika” skont Aristotle hija “it-tmexxija tal-materji tal-Istat”. Forsi Aristotle huwa antik. Allura x’tifsira “moderna” “tal-politika” irridu nużaw?
4. Kif tista’ tmexxi l-Istat mingħajr ma tiddeċiedi kif in-nies għandhom jgħixu ħajjiethom? Il-PN fil-500 proposta li ressaq bħala programm elettorali wiegħed li f’bosta oqsma se jiddeċiedi kif in-nies għandhom igħixu ħajjiethom. Insemmi biss żewġ eżempji kbar, il-kaċċa, u l-ippjanar u żvillupp. F’dawn ukoll, wara l-elezzjoni se jgħidulna li “ma naħsibx li għandna dritt niddeċiedu kif in-nies għandhom jgħixu ħajjiethom?” Qed nisma’ t-tweġiba tgħidli, imma dawk jaffettwaw id-drittijiet ta’ persuni oħra u tal-ġenerazzjonijiet futuri.
5. Allura fejn jidħlu d-drittijiet ta’ persuni oħra u tal-ġenerazzjonijiet futuri, il-politiċi jistgħu jiddeċiedu kif in-nies għandhom jgħixu ħajjiehom?
6. Allura l-qtil tat-tarbija fil-ġuf (jiġifieri l-abort) ma tolqotx id-drittijiet ta’ persuni oħra u tal-ġenerazzjonijiet futuri?
Min jibża’ jagħti tweġibiet ċari, ikun qed jagħti tweġibiet ċari ħafna.
Min jagħżel li jkun bħall-oħrajn, ineħħilna l-bżonn li nagħżlu lilu flok l-oħrajn.
“Is-Sewwa jirbaħ żgur” kien prinċipju kbir ħafna. Min kien iħaddnu u jxandru, bata ħafna f’ġildu, fil-familja tiegħu, minn ġewwa u minn barra. Rebaħ, imma mhux mill-ewwel u kien lest ibati għal tul ta’ żmien.
Jien nemmen li tarbija mghandha lebda Tort li giet konceputa hu ghalekk ghanda drit li titwieled. Hadd ma ghandhu dritt iccahada minn Dan.
Prosit Monsinjur Gouder. Bernard Grech imbotta kandidati abortisti u kien ukoll favur il-cannabis. Barra minn hekk mill-ufficcjju tieghu kien issiru telefonati biex kandidati u deputati ma jiktbux kontra l-abort u ma jiehdux ritratti bil-kurcifiss warajhom. Il-PN mhux biss tilef l-elezzjoni izda tilef ruhu wkoll.
Proset tassew Mgr Gouder! Grazzi ħafna li qed twassal il- vuċi ta’ ħafna li għandhom l- istess fehma tiegħek…u ma qgħadtx iddur mal- lewża!
Sfortunatament, m’ghadx fadal minn fejn tagħżel, għax opportunisti għandna mhux politikanti li jixtiequ tassew il- ġid veru tal- pajjiż! Filli m’Alla u filli max- xitan! U Addio l- valuri li sawru lill- Poplu Malti!
Fuq kollox, jekk issa Bernard Grech… u politiċi oħra li jaħsbuha bħalu …..ma jistgħux jitkellmu għal sħabhom, lanqas għalina ma jistgħu jiftħu ħalqhom!!! U allura, x’se jkunu qed jagħmlu hemm?!
Proset Mons .
IKnew you even before you where conceived.
It was I who knit you in your mother s womb.
I determined the exact time of your birth and where you would live.
I created you in my image .
Amen.
Dr Grech speak clearly about your opinion on abortion. You will lose my vote if you vote for it. I prefer not voting than being an accessory to murder.
Thou shall not kill……
Ma nafx ghalfejn it-tidwir mal-lewza, jien Laburist pero m’ghandi l’ebda problema nkun car.. kontra l-abort, kull kandidat li jkun favur.. jibqa b’kaxxa vojta fejn ismu… jekk sahansitra jkun partit… il-vot jibqa d-dar!!