Edwin Vassallo jqis l-intervista tal-bieraħ ta’ Bernard Grech bħala l-ewwel pass biex il-Partit Nazzjonalista jiftaħ il-bieb għall-abort
Edwin Vassallo jqis l-intervista tal-bieraħ ta’ Bernard Grech ma’ Saviour Balzan bħala l-ewwel pass biex il-Partit Nazzjonalista jiftaħ il-bieb beraħ għall-aġenda abortista.
Ilbieraħ, Bernard Grech ta intervista lil Saviour Balzan fil-programm XTRA. Tidher ċar li kienet intervista orkestrata, użata biex Bernard Grech iwassal il-messaġġ tiegħu b’mistoqsija maqbula minn qabel. U x’kien wieħed mill-messaġġi li Bernard Grech irid iwassal? Li l-Kattoliċi ma għadx hemm post għalihom fil-Partit Nazzjonalista!
Għall-inqas il-mod kif tkellem meta mistoqsi dwar l-abort, dan hu dak li ta x’jifhem Bernard Grech. Bernard qal “Ma nistgħux inkomplu ngħidu lin-nies kif għandhom jgħixu ħajjithom”. Imbagħad Bernard tbissem tbissima kbira lejn Saviour Balzan. Jien naqbel ma’ dawk li qed jifhmu li dan kien messaġġ ċar lill-Konservattivi u lill-Kattoliċi. Fi kliem ieħor, hu qed jgħid li l-Konservattivi u l-Kattoliċi fil-PN ma għadx hemm post għalihom fl-PN jekk iridu jibqgħu jaħsbu ta’ Konservattivi u Kattoliċi. Issa sta għal dawn in-nies jekk jagħmlux minn kollox biex iwaqqfu lil Bernard Grech milli jkompli jbiegħ il-valuri tal-PN jew inkellha dawn in-nies jinsew darba għal dejjem lill-Partit Nazzjonalista bħala d-dar politika tagħhom.
Infakkar li Bernard Grech kien ġie pproġettat bħala bniedem tal-Moviment ta’ Kana biex il-Kattoliċi jivvutawlu. L-Arċisqof Scicluna b’mod dirett u ndirett tah is-support kollu kemm permezz tal-użu tal-media tal-Knisja li spiċċat il-leħen li tagħmillu l-propaganda u billi ħalla jintużaw ir-riżorsi tat-tribunal ekklesjastiku ħalli titmexxa l-aġenda politika tiegħu.
Min-naħa tiegħi, jien ikkuntattjat lill-eks-deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo wara li l-Ħadd li għadda, Mario Thomas Vassallo, kiteb artiklu dwar il-pożizzjonijiet li Edwin Vassallo, ħa u għadu jieħu f’dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ punti morali u etiċi. Jien staqsejtu x’jaħseb dwar din l-intervista ta’ Bernard Grech ma’ Saviour Balzan. Edwin Vassallo ma qagħadx idur mal-lewża. Huwa ra din l-intervista bħala attentat ċar minn Bernard Grech biex jiftaħ lill-Partit Nazzjonalsita għall-aġenda abortista.
Infatti fiċ-ċrieki interni tal-PN, ġa qed jissemma’ diskors li jrid jerġa’ jiġi emendat l-istatut u titneħħa kull referenza favur il-protezzjoni tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt.
Kelma waħda biss biex tiddeskrivih ipokrita!!!!!!!!!!!!!!