Bernard Grech juża x-xandir pubbliku biex ikeskes lill-ħaddiema kontrija minħabba l-kritika li qed nagħmel lit-tmexxija tiegħu
Illum Bernard Grech kien fuq il-programm ta’ Saviour Balzan Xtra. Mingħajr ma semmieni b’ismi, imma b’referenza ċara għalija, huwa uża dan il-programm biex jattakkani u jgħid li jien qed nipperikola l-jobs tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista. Dan hu dak li qal Bernard Grech u kif ġie rrappurtat mill-news tal-PBS.
Kulħadd irid jifhem li waqt li qed jikteb fuq Facebook, għax fettillu jitfa’ t-tajn jew jattakka biex juri kemm jaf, għax huwa l-ikbar analista tal-politika, jifhem li waqt li qed jikteb qed ikompli jagħmel ħsara lill-partit, qed ikompli jipperikola l-paga tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom.
Ma hemmx dubju li meta qed jitkellem fuq l-ikbar analista tal-politika, dan qed jirreferi għall-kitba tiegħi. Jien qatt ma għidt li jien l-ikbar analista, biss nirriggrazzjah ta’ dan il-kumpliment.
Imma nixtieq infakkar lil Bernard Grech li jekk hemm persuna li pperikola l-ħobża ta’ kuljum tal-ħaddiema Nazzjonalisti kien hu. Infakkar lil Bernard Grech li hu daħħal numru ta’ diretturi u tahom salarji astronomiċi u ma ġabux ir-riżultati meħtieġa waqt li baqa’ jħallas lill-ħaddiema biċ-ċiċri.
Nixtieq ngħid lil Bernard Grech li hu jinsab maħruq għaliex kien dan is-sit li kixef li l-id leminija tiegħu, Ray Bezzina spiċċa jaħdem mad-db Group. Huma dawn l-affarijiet li jipperikolaw ix-xogħol tal-ħaddiema. Infakkar lil Grech, li lil Ray Bezzina tah salarju ta’ aktar minn 40,000 euro fis-sena. U mbierek Alla, wara l-elezzjoni jmur direttur ma’ wieħed mill-aktar gruppi diskussi fil-qasam tal-kostruzzjoni.
Infakkar lil Bernard Grech li jien kont nisma’ dan it-tip ta’ diskorsi li qed jagħmel illum hu, fis-sebgħinijiet u tmenijiet minn Dom Mintoff. Dak kien jgħid li min jikkritika lill-gvern qed ixewwex u jipperikola l-ħobża tal-ħaddiema. Dan kien jagħmlu biex ikeskes lill-ħaddiema, primarjament industrijali kontra l-Partit Nazzjonalista u ħafna nazzjonalisti kienu jiġi vvittimizzati u jkollhom id-djar attakkati minħabba dan it-tixwix.
Dan it-tip ta’ diskors jikxef li Bernard Grech mhux ġej minn qafas jew background Nazzjonalista imma minn wieħed Mintoffjan. Anzi ħa l-affarijiet negattivi ta’ Mintoff, l-attakki fuq in-nies. Jekk trid timita lil Mintoff, għall-inqas imitah fuq it-tajjeb li għamel.
Jien nista’ nassigura lil Bernard Grech li ser nibqa’ għaddej nikteb. Mhux ser nibdel il-mod li bih nikteb. It-tixwix qatt ma beżżagħni. Issa nispera li PEN toħroġ tikkritika lil Bernard Grech, għaliex din hija theddida għad-demokrazija u għall-ġurnaliżmu ħieles. Din hija theddida għal kull minn lest jikkritikah jew jikkritika l-azzjonijiet politiċi tiegħu.
Interesting to know how Bernard Grech would have spoken about the PN’s debts if the election was won by the PN. Maybe the PN would have resorted to businessmen and construction magnates to solve its liquidity problems?
Possibli Bernard Grech jghidilna jekk hu kienx jiehu paga mill-partit? Kellu visa card tal-partit? Kemm nefaq flus tal-Partit fuq il-Facebook tieghu Dr Grech? Vera Bernard Grrch kellu gym armat ghalih il-partit? It- tesserrati ghandhom dmir li jsaqsu. Bernard Grech ghandu DMIR iwiegeb. Min m’ghandux faham miblul ma jibzax minn ebda blogger, ebda gurnalist u ebda analista politiku.