Wara li ħeba l-innu u l-arma, Bernard Grech qed iwitti t-triq biex jibdel lill-PN f’partit liberali

Ilum, Bernard Grech indirizza lill-konferenza ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Hu qed jitlob biex ikun magħżul ħalli jmexxi lill-PN lejn għażliet liberali. Infakkar li dan kien il-bniedem li ġie promoss mill-media tal-Knisja Kattolika. Id-diskors kien ċar. Huwa diskors ta’ politiku li qed iwitti t-triq għad-deċiżjonijet favur għażliet liberali.

B’din it-triq, Bernard Grech qed jgħid lin-Nazzjonalisti li llum ma hemmx aktar differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u dak Laburista, għaliex it-tnejn spiċċaw iħaddnu l-għażliet liberali.

Infakkar li matul il-kampanja elettorali, Bernard Grech u l-kollaboraturi tiegħu ħbew kemm l-arma u anki l-innu tal-partit għaliex fl-innu jissemma l-isem ta’ Alla u llum dan sar anatema għal Bernard Grech u l-istrateġisti tiegħu. U xorta ġab telfa li qatt ma ra bħala l-Partit Nazzjonalista. Imma l-aqwa li jsegwi l-aġenda tal-liberali, tal-atei u l-agnostiċi ta’ Repubblika li parti minn din l-aġenda tinħadem fit-tribunal ekkleżjastiku.

Dak li l-PN mhux jifhem, li bejn żewġ għażliet liberali, il-poplu lill-Lejber ser jagħżel u mhux lill-PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *