Il-Prim Ministru qed jimxi fuq il-parir tal-Venice Commission u dawk ta’ Repubblika u mhux ser japponta backbenchers fuq bordijiet

Il-Prim Ministru mhux ser ikun qed iqiegħed aktar MPs, jiġifieri membri parlamentari li ġew eletti, imma ma ġewx appuntati ministri jew segretarji parlamentari, fuq bordijiet. Dawn in-nomini ta’ MPs fuq bordijiet ikollhom marbuta magħhom pakkett finanzjarju. Fi kliem ieħor, il-Prim Ministru qed jimxi fuq dak li qalulu tal-Venice Commission u ta’ Repubblika u mhux ser japponta MPs min-naħa tal-Gvern fuq dawn il-bordijiet tal-Gvern jew kumpanijiet jew fundazzjonijiet li huma tal-gvern.

Infakkar li tar-Repubblika kienu voċiferi ħafna dwar il-fatt li membri parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern ma għandhomx ikunu membri jew imexxu bordijiet. Jidher li l-Prim Ministru Robert Abela aċċetta jew aħjar ngħidu li ċeda għall-pressjoni ta’ Repubblika u mhux ser ikun qed jappunta aktar deputati tiegħu fuq bordijiet governattivi. Dan ifisser li ser ipoġġi persuni li m’humiex membri parlamentari.

One thought on “Il-Prim Ministru qed jimxi fuq il-parir tal-Venice Commission u dawk ta’ Repubblika u mhux ser japponta backbenchers fuq bordijiet

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *