Jirreżenja ieħor ta’ Joseph Muscat: Johann Buttigieg jirreżenja minn CEO tal-Awtorita’ tat-Turiżmu

Johann Buttigieg huwa mitqies bħala persuna qrib ħafna ta’ Joseph Muscat. Meta kien chairman tal-MEPA, huwa kien jirrapporta direttament Kastilja u mhux lill-ministru jew segretarju parlamentari li kien taħtu. Hu kien jirrapporta direttament lil Keith Schembri u lil Joseph Muscat.

Wara li Yorgen Fenech kien ġie arrestat, beda jberraq għal Johann Buttigieg peress li hu kien qrib Fenech. Meta sar Robert Abela mexxej, huwa tneħħa mill-MEPA waqt li din saret l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Minflok Johann Buttigieg sar iċ-CEO tat-Turiżmu. Issa wara l-elezzjoni, insiru nafu li Johann Buttigieg irreżenja. Dan is-sit jinsab infurmat li fil-verita’, għamlulu ħajtu infern.

Dak li huwa żgur, li dawk kollha li kienu b’xi mod konnessi ma’ Fenech, hawn ta’ min isemmi ukoll lil Joe Cuschieri, tneħħew jew irreżenjaw. B’hekk issa ħelsu minn kull min kien jew kellu xi rabta ma’ Yorgen Fenech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *