Ħabsi li kien mar l-għassa jagħmel rapport kontra Alex Dalli mfittex mill-pulizija

Il-pulizija għadha kif tellgħet talba biex jgħinuha sibu lil Alexander Anthony Gialanze. Alexander Anthony Gialanze kien wieħed mill-priġunieri li kienu ċemplu lil Peppi Azzopardi biex jirrappurtaw lil Alex Dalli. Imbagħad Peppi Azzopardi kien għenhom jagħmlu rapport ġewwa l-għassa ta’ Raħal Ġdid kontra Alex Dalli. Ara dawn id-dettallji, il-media tal-onesti u l-puritani ma tgħid xejn.

Infakkar li jien kont ktibt li Alex Dalli kien ġie cleared mill-akkużi li saru kontra tiegħu minn Gialanze u sħabu. Imbagħad kienet ħarġet l-Orizzont tgħid li l-istħarriġ għadu għaddej fuq Alex Dalli. Dan kienet għamlitu biex tiddiskreditani. Nispera li issa l-Orizzont tgħidilna fejn wasal dan l-istħarriġ fuq Alex Dalli wara li kien irrappurtah Gialanze u sħabu.

Illum sar aktar importanti li l-Orizzont tinvestiga sew x’sar minnu dan l-istħarriġ u jekk hux vera jew le li Dalli ġiex cleared wara li wieħed minn dawk li għamel dan ir-rapport fuq Alex Dalli qed jiġi mfittex mill-pulizija.

Illum hu ċar għala lil Alex Dalli ma rieduhx; biex fil-ħabs jerġgħu jibdew imexxu l-kriminali u min għandu interess li jqassam id-droga.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *