Il-kontroversja bejn żewġ nisa mistqiesha politikament ta’ Robert Abela: Alison Bezzina u Alicia Bugeja Said
Minn osservatur politiku
Il-vleġġeġ fil-politika jiġu sparati ta’ sikwit. Dan l-aħħar smajna lill-kummissarju għall-ħarsien tal-annimali toħroġ kontra l-kaċċa. Bi kliemha, Alison Bezzina għamlet referenza diretta lejn dak li ħarġet tgħid is-Segretarju Parlamentari ġdida, Alicia Bugeja Said. Bugeja Said, li għadha kif laħqet Segretarju Parlamentari, qalet li kienet kuntenta bl-aħbar tal-qorti li l-kaċċa fir-rebbiegħa kienet ser tiftaħ kif pjanat. Hija kompliet li tinsab kuntenta li dak ix-xogħol li sar minn kollegi tagħha, sar biex jissalvagwardjaw it-tradizzjonijiet li jagħmluna Maltin.
Dan il-kumment ta’ Bugeja Said niggeż ftit mhux ħażin li dawk kollha li jħobbu l-annimali. Għall-kuntrarju, Alison Bezzina, il-kummissarju għall-ħarsien tal-annimali, f’post fuq il-paġna tagħha tal-Facebook, qalet li hi kontra il-kaċċa u ddikjarat li l-kaċċa tista tkun legali imma żgur mhux etika. Hija kompliet li bħala kummissarju għall-ħarsien tal-annimali, il-kaċċa ma taqax taħtha għax skond l-Animal Welfare Act mhix konsidrata krudili. Bezzina baqgħet għaddejja bil-kumment tagħha u qalet li hi tippermetti l-qtil tal-annimali biss f’żewġ okkażżjonijiet, jekk l-annimal ikun qed ibati u jekk meta toqtolhom ikun l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel biex tħenn għalihom.
Kellha tkun il-qorti li ddeċidiet li l-kaċċa fir-rebbiegħa kellha tiftaħ kemm għall-gamiem kif ukoll għas-summien. Ovvjament din hija deċiżjoni li tweġġa lil diversi nies bħal ma tikkuntenta lill-kaċċaturi u lin-nassaba. Għalhekk f’pajjiżna għadha għaddejja u mid-dehra ser tibqa’, il-kwistjoni taħraq dwar il-kaċċa.
Alison Bezzina u Alicia Bugeja Said ma jistgħu jaqblu qatt fuq xi ħaġa bħal din. Bħala kummissarju Bezzina għandha dritt li tesprimi l-opinjoni tagħha u tagħmel minn kollox biex tissalvagwardja l-annimali. Għal kuntrarju Bugeja Said esprimiet opinjoni opposta li tmur eżattament il-kontra ta’ Bezzina. Il-problema hawn hija li Bugeja Said ingħata d-dikasteru li tal-ħarsien tal-annimali li ma jinkludix fih il-kaċċa u l-insib.
Id-daħqa hija, li dawn it-tnejn huma mitqiesa ta’ Robert Abela. Infatti, Robert Abela għamel lil Alison Bezzina kummissarju tal-annimali, waqt li ħadem qatigħ biex għamel lil Alicia Bugeja Said segretarju parlamentari anki jekk kien hemm deputati nisa, li fl-elezzjoni li għaddiet li marru aħjar minnha.
Dak li nista’ nżid huwa li Alicia Bugeja Said ilha nvoluta f’dan il-qasam fejn jirrigwardja l-kaċċa. Inkun qed ngħid sewwa jekk insemmi li hi kienet ukoll konsulenta ta’ George Pullicino meta hu kien Ministru? Jekk din hija minnha, ta’ min jistaqsi, jekk hux ukoll veru li dak iż-żmien hija kienet tat xi pariri lill-Ministru Pullicino u bil-pariri li kienet tagħtu, daħħlitu ġol-ħajt?
Hareg ktieb gdid jismu Machiavellism at its best miktub mill-profs Blogger.
Prezz: Jinbiegh b’xejn.
Hareg ktieb gdid jismu ‘Machiavellism at its best’
miktub mill-profs Blogger.
Prezz: Jinbiegh b’xejn.