Parir żgħir lil Eve Borg Bonello: issa trid tieqaf iġġib ruħha iqisha għadha attivista’ ta’ Repubblika
Dan is-sit kien wieħed minn dawk li kkritika lil Eve Borg Bonello meta kien hemm bżonn u kien ukoll s-sit li qabeż għaliha meta dawk ta’ madwar Chris Peregin u Martina Caruana ma riduhiex toħroġ mal-Partit Nazzjonalista minħabba, kif fil-fatt ġara, telfet lil Emma Portelli Bonniċi milli titla’ fil-Parlament. Chris Peregin u Martina Caruana kienu fost dawk li kienu qed jużaw il-pożizzjoni tagħhom biex jimbuttaw lil Emma Portelli Bonnici u dan iridu jagħmluh a skapitu ta’ Eve Borg Bonello. Magħhom kien hemm Lianna Cremona u Andrew Farrugia. Infatti meta Portelli Bonnici ma telgħatx, il-klikka ta’ madwar Peregin u Caruana ħarġu kontra Eve Borg Bonello u bdiet issir pressure fuqha biex tirreżenja.
Infakkar li kien Adrian Delia, meta kien kap, li daħħal lil Eve Borg Bonello fil-Partit Nazzjonalista. Wara ħaduha taħt il-ġwienaħ tagħhom ta’ Repubblika. Jidher li ġara xi ħaġa u Borg Bonello ma baqgħetx ma’ ta’ Repubblika – wisq probabbli għax raw fiha potenzjal li tista’ ttellef lil Emma Portelli Bonnici kif fil-fatt ġara.
Il-pariri umili tiegħi huwa dan. Eve Borg Bonello trid tikkalma naqra. Waqt li tiftakar li hija deputata ġdida, trid tirrealiżża li ma għadhiex qiegħda tipprotesta l-Belt fit-teatrini li jorganiżżaw ta’ Repubblika imma qiegħda tirrappreżenta lill-poplu kollu. Kemm dak Nazzjonalista u anki dak Laburista. Fi kliem ieħor, deputat suppost qed jirrappreżenta l-konstitwenti tad-distrett tiegħu kollu fil-parlament.
Il-PN għandu bżonn jgħallem lid-deputati tiegħu, speċjalment dawk ġodda li kif jgħidu bl-Ingliż “they have to live up to their role”. Fi kliem sempliċi, Eve Borg Bonello trid tieqaf timxi fuq il-passi ta’ Repubblika. Trid tieqaf turi li tismerr lil-Lejber kif jagħmlu ta’ Repubblika. Illum din hija mara (kontra dawk li qed jgħidu ta’ Repubblika u l-alleati tagħhom), persuna ta’ tmintax-il sena mara tissejjaħ. Fuq kollox hija onorevoli u trid iġġib ruħha ta’ onorevoli. Dak hu l-wirt li ħallewlna l-Inġliżi bil-Westminister model.
Fuq kollox, Eve Borg Bonello trid tiftakar li ma għadhiex aktar f’kampanja elettorali. Diskorsi ta’ kampanja elettorali trid tħallih għal waqt kampanja elettorali. Issa hija rappreżentanta tal-poplu kollu Malti u Għawdxi u trid iġġib ruħha bħala tali.
Il-frott ta nies bla esperjenza ta xejn li jriduhom fil parlament biex jigu manipulati