Tkompli toħroġ il-konferma tal-inġustizzja li qed issir ma dawk akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
It-Times tagħna l-aħbar li Daniel Muka, persuna involuta fi qtil doppju ġewwa Tas-Sliema jista’ joħroġ fuq bail – jiġifieri jingħata l-liberta’ provizorja għaliex ser jiskadilu ż-żmien li fih l-uffiċju tal-avukat tar-Repubblika joħrog l-att tal-akkuża jew il-bill of indictment. Jekk dan ma joħroġx, fi ftit jiem oħra, Daniel Muka jrid awtomatikament jinħeles mill-ħabs.
Mela hawn għandha persuna barranija li potenzjalment tista’ tingħata l-bail jekk sa ftit jiem oħra, l-avukat ġenerali ma joħroġ l-att ta’ akkuża. Ara hawn, kemm l-uffiċju tal-avukat tal-istat u dak tar-repubblika ma jidhirx li għandhom xi biża’ li din il-persuna barranija tista’ taħrab minn Malta. S’issa, wara dawn ix-xhur kollha, l-uffiċju tal-avukat ġenerali għadu ma sabx il-ħin biex joħrog l-att tal-akkuża.
X’differenza mill-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Hemm l-att tal-akkuża inħareġ waqt li kienet għadha għaddejja l-kompilazzjoni mingħajr mad-difiza ngħata ċ-ċans tagħmel il-kontro-eżami kif suppost.
Illum jidher ċar li hemm mottivi li jmorru lilhinn mill-ġustizzja biex persuni akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia ma jingħatawx il-bail.
Infakkar li Muka kien inqabad jaħbi l-armi fiċ-ċella tiegħu. Din kienet storja rrappurtata f’dan is-sit. Ara fil-każ ta’ Muka, ma tantx jidher li hemm biża li dan jitlaq minn Malta.
Imma ċertu l-imħallfin tagħna, li jriduha tal-parzjali u tal-ġusti, imma jintnu aktar mid-dranaġġ ta’ Wied Għammieq, jemmnu l-gideb u l-ħrejjef ta’ ċertu avukati marbuta mal-istat, għax ikun jaqblilhom.
Gustizja fazulla.