Wasal iż-żmien ta’ partit ġdid li kapaċi jiġbed lill-massa tan-nies?
Min osservatur politiku
Fl-elezzjoni li għaddiet kulħadd kien stenna li l-Partit Laburista ser joħroġ rebbieħ. Imma ftit kienu dawk li stennew li jkun hemm rebħa ikbar minn ta’ ħames snin qabel. Ftit kienu dawk li ħasbu li l-Partit Laburista kien ser iżid id-distakk. Imma l-aktar ħaġa li mpressjonat f’din l-elezzjoni ġenerali kienet in-nuqqas ta’ voti li kellhom il-partiti l-kbar. Ħarġet ċara wkoll li għalkemm il-partiti l-kbar naqsu eluf ta’ voti, dawn ma marrux fuq il-partiti ż-żgħar.
Mela jidher li f’din l-elezzjoni kien hemm sinjali ċari li numru kbir ta’ nies ma ħassewhomx komdi la jivvutaw lill-Partit Laburista, la lill-Partit Nazzjonalista imma lanqas lill-partiti ż-żgħar. Hawnhekk qed nitkellmu fuq madwar 60,000 votant, xi ħaġa totalment ġdida f’elezzjonijiet Maltin. Dan ifisser li dawn l-eluf kollha ma jispirahom ħadd u din trid tkun xi ħaġa li tiġi studjata sew mill-partiti kollha li għandna fil-pajjiż għax hija xi ħaġa li laqtet lil kwalunkwe partit politiku.
Jista’ jkun li dan jissinifika li f’pajjiżna wasal iż-żmien li jitwieled xi partit ġdid ieħor li jkun ta’ ispirazzjoni għall-poplu u li jilħaq l-aspirazzjonijiet ta’ dawn l-eluf li tilfu l-fiduċja tagħhom fil-partiti eżistenti, speċjalment dawk telliefa. Għandek iż-żewġ partiti prinċipali li jridu jistudjaw dan il-fenominu ġdid. Ma tistax tippretendi li tibqa’ rebbieħ għax ikun mar agħar minnek l-avversarju tiegħek. Jekk kien hemm nuqqas kbir ta’ voti, dan bil-fors irid jiġi analizzat għax il-probabilita’ hija li dan il-fenominu jibqa’ jiżdied. Imma aktar u aktar huwa ta’ importanza li l-partit tellief bil-kbir, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista, jagħmel l-analiżi tiegħu forsi ma jibqax isir insinifikanti ma iżjed votanti.
Messag car. Jekk dal poplu mhu ser jibdel fhemtu, u jkompli jilghaba ta gifa, l-aktar lejn uliedhom, li futur mhumiex se jhalllhom.
Diga qed jinhass, numru kbir ta zaghzagh li qed jitilqu ftit, ftit.
Allura nistaqsik lil Gvern. Kif trid u se tkompli tohloq niccec godda, ekonomija li tiggenerra, minghajr z-zaghzagh.
Addio pensjonijiet, u addio other social benefits. Meta dal gvern dejn dijun ghandu!!