L-avukat Dr. Silvio Brincat jitħalla barra mill-lista ta’ kandidati Nazzjonalisti tal-ħdax-il distrett elettorali
Dr. Silvio Brincat hu kandidat ġdid Nazzjonalsita. Brincat hu avukat u ġie magħżul mill-istess Ray Bezzina u Christian Peregin biex ikun kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Sa hawn xejn ħażin. Saret għażla tajba. Biss meta sar il-leaflet, biex juri liema huma l-kandidati li ħerġin fuq dan id-distrett u li tqassam fid-dajr tan-nies tal-ħdax-il distrett, dan l-avukat, Silvio Brincat, tħalla barra. Fi kliem ieħor, ismu u r-ritratt tiegħu ma ġewx inklużi fil-lista ta’ kandidati li ħerġin f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq dan id-distrett. Infakkar li fuq dan id-distrett ħiereġ ukoll il-kap tal-Partit Bernard Grech.
Kif qalli min bagħtli din l-informazzjoni; “Dawn insew wieħed minn tagħhom, aħseb u ara kemm ser jiftakru fina meta jkunu fil-gvern“.
Qatt ma tiftakar li l-Partit Nazzjonalista nesa xi kandidat fil-listi li jibgħat qabel l-elezzjoni. Dan hija konferma oħra tad-disorganizzazzjoni li hemm fid-Dar Ċentrali bħalissa.


Arraw fiex inhu il PN imsieken.
PN MAHNIEX .COM