L-ex-ġurnalist sportiv tan-NET, Manuel Gauci, kien il-persuna li abbuża sesswalment lil Abner Aquilina

Dan is-sit kien l-ewwel wieħed li ta l-aħbar li Abner Aquilina kien vittma ta’ abbuż sesswali meta kien għandu minorenni. Hu kien ġie abbużat minn raġel.

Illum dan is-sit jista’ jiżvela l-isem ta’ dan ir-raġel. Dan kien ex-ġurnalista sportiv li kien jaħdem man-NET. Hawn qed nitkellem fuq Manuel Gauci. L-istorja tiegħu tmur għal 2016. Permezz tal-użu tal-internet, Manuel Gauci daħal f’kuntatt u beda relazzjoni ma’ Abner Aquilina, liema relazzjoni wasslet biex saru atti żienja minn Manuel Gauci fuq Abner Aquilina. Minħabba dawn l-atti sesswali minn Manuel Gauci fuq Abner Aquilina, li f’dik il-ħabta kellu ħmistax-il sena, Gauci kien ingħata piena ta’ priġunerija.

Hawn qed inġib artiklu li deher fuq The Malta Independent dwar din l-istorja ta’ Manuel Gauci. Meta saret magħrufa din l-istorja u l-kundanna minħabba dan l-abbuż, Manuel Gauci neħħewlu l-unuri kollha sportivi li kien ħa. Il-Malta Independent, kienet qalet li l-akkużat kien ġie akkużat b’reati gravi biss ma qalux x’kienu dawn ir-reat. Ara li kieku kien xi qassis, kien jgħiduhom kollha mingħajr problemi ta’ xejn. Hawn kif kienet ġiet irrappurtata din l-istorja fil-Malta Independent:

https://www.independent.com.mt/articles/2016-07-25/local-news/Manwel-Gauci-to-lose-PN-journalists-honours-MFA-posts-after-serious-charges-6736161492

Dak li jħassibni huwa li l-media żgur taf dwar dan il-fatt. Jiġifieri taf li l-persuna li abbużat minn Abner Aquilina meta kienet taħt l-eta’ kien ġurnalista. Ara li kieku dan Abner Aquilina kien ġie abbużat minn xi qassisin, kieku l-media u l-ġurnalisti kien ikollhom artiklu kuljum bl-Ingliż fuq din l-istorja. Kemm kienu jgħidu dwarha!

Imma din id-darba, dan Abner Aquilina ma ġiex abbużat minn qassis, imma minn persuna li taħdem fl-isports u fuq kollox kien ġurnalista. Mela mhux il-qassisin biss għandhom aċċess għat-tfal. Anki l-ġurnalisti. Ara issa x’ġara, ħadd ma semma din l-istorja. Anzi ppruvaw jgħadduha bħala femmiċidju. U mbagħad meta tagħmel din il-kritika jgħidulek li inti qed tikkritikahom!

Jidher li Abner Aquilina ma kienx sew f’dik li hija saħħa mentali meta kien tifel. Biss jidher ukoll li kien hemm min abbuża minn dan il-fatt. Din l-esperjenza tidher li kellha effett tremend fuq ħajtu! Il-mod kif beda jġib ruħu dan ir-raġel juri li dan hu bniedem li kien jeħtieġ l-għajnuna.

Dan ma jfissirx li dak li għamel hu tajjeb jew li ma għandux ibati l-konsegwenzi ta’ għemilu, imma jfisser li aktar milli kundanni, hawn għandna bżonn ngħinu persuna biex terġa’ takkwista l-ħajja normali tagħha.

Altru milli l-każ tiegħu huwa każ ta’ femmiċidju kif il-media ppruvat tpinġih! Forsi dan jispjega s-skiet tal-media f’dan il-każ ta’ Abner Aquilina

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *