Miet Joseph Muscat: l-espert marittimu Malti

Illum ħadt aħbar ħażin. Tlift ħabib u kollega. L-espert marittimu Malti, Joseph Muscat ħalliena. Kien membru tal-Mużew. Kien bniedem mimli bl-umoriżmu. Dejjem kelma tajba. Għalija ilu li miet sentejn – peress li minħabba dawn ir-regolamenti kattivi tal-Covid li introduċew l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma stajtx immur narah. Kont narah kull ġimgħa. Fuq inizzjattiva tiegħu, l-Universita’ ta’ Malta kienet onoratu b’honoris causa għall-istudji tiegħu fil-qasam marittimu.

Il-funeral tiegħu ser isir nhar it-tlieta fl-4 pm f’Ta’ Ġieżu, ir-Rabat.

Fil-futur nippubblika f’dan is-sit artiklu tiegħu dwar missieru li kien ħiereġ f’Kultura.

Strieħ fis-sliem Ġuż.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *