Adrian Delia jkompli jingħata raġun mill-partitarji Partit Nazzjonalisti

Meta jien kont nikteb favur Adrian Delia, waħda mill-aktar kritiċi qawwija kontra tiegħi kienet Moira Sciberras. Kellha kull dritt. Bħal dejjem l-attitudni tiegħi kienet li naqblu li ma naqblux biss qatt ma ċċensurajt lil ħadd.

Illum, Moira Sciberras bir-raġun mhux qed taqbel mat-tweet ta’ Therese Comodini Cachia fuq Adrian Delia. Għandha kull dritt. Imma għax Moira Sciberras spiċċat ma qablitx ġiet blocked minn Therese Comodini Cachia. Din hija d-differenza bejn sit u ieħor.

Fuq kollox, Moira Sciberras qed taqbel ukoll ma dak li qed jgħid Adrian Delia fuq il-vaċċin l-użu tat-tfal. Dan hu punt, li anki jien naqbel magħha. Dan hu punt li qed ukoll jiġi diskuss f’dan is-sit.

Għal dan ngħidilha prosit lil Moira Sciberras.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading