Frank Portelli qal li mhux ser jieħu aktar boosters: sal-lum l-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom ma widdbuhx jew gidbuh

It-tabib Frank Portelli ma għandux bżonn tal-ebda introduzzjoni. Nhar it-Tnejn, 17 ta; Jannar, Dr Frank Portelli tkellem fuq programm ta’ F-living. F’dan il-programm qal ċar u tond li mhux lest li jieħu r-raba’ vaccin u ta’ rraġunijiet tiegħu għala ħa din id-deċiżjoni. Skont Frank Portelli, din ser tagħmel ħsara kbira lill-immune system jiġifieri taf tkisser l-‘immune system’ kompletament għaliex ħafna titqibiet huwa ħażin. Il-kliem li Dr. Portelli uża kien “inti qed tibgħatilha army biex tgħelibha”.

Għaddew sitt t’jiem min dak in-nhar u safejn naf jien ma smajt lill-ebda tabib, professur, għaqda tat-tobba u l-anqas lis-Supretindent tas-Saħħa Pubblika, Professura Charmaine Gauci, iġidbuh jew għidu li qal il-ħmerijiet!

Infakkar li meta t-tabib Jean Karl Soler tkellem għall-ewwel darba u vera ċertu riservatezzi għal mod kif is-Supretendent tas-Saħħa u l-Awtoritajiet tas-Saħħa kienu qed jaġixxu dwar il-vaċċin, kien hemm min ried jeħodlu l-warrant ta’ tabib u anki ġie mwiddeb mill-istess awtoritajiet tas-saħħa. Illum l-istess stream media li kienet attakkatu qed iġġib il-pariri tiegħu.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading