Il-każ ta’ Ian Castaldi Paris huwa prova oħra li qed issir persekuzzjoni kontra Yorgen Fenech.

Il-bieraħ, The Times tagħna l-istorja li Ian Castaldi Paris għandu jagħti ħafna flus lid-Dipartiment tat-Taxxa. Dan hu deputat tal-Parlament Malti li dan l-aħħar qed ikun fl-aħbarijiet. Insiru nafu li dan il-membru tal-Parlament ilu sentejn jiddiskuti mad-Dipartiment tat-Taxxa biex jinstab kompromess ta’ kemm għandu jħallas taxxa. Is-somma msemmija mit-Times of Malta hija ta’ €300,000. Waslu għal ftehim u jekk dak li jintlaħaq, allura huwa veru li l-ammont huma kbir ħafna. Min-naħa tiegħu Ian Castaldi Paris qali li għandu jagħti imma mhux daqs kemm qed ikun irrappurtat. Hu qal li kull sena ħallas it-taxxa u din botta diretta lejn il-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

https://timesofmalta.com/articles/view/ian-castaldi-paris-will-not-contest-next-election-following-tax.922699

Biss lil hinn mill-każ ta’ Castaldi Paris, wieħed jrid jistaqsi jekk dawn l-ammonti imsemmija jikkostitwixxux każ ta’ money laundering jew ħasil ta’ flus. Forsi ħafna jgħiduli li qed inħawwad l-affarijiet. Imma naf sew x’jiena ngħid. Fuq dan il-punt li ssemma’ anki minn post ta’ Franco Debono fuq dan is-suġġett.

Infakkar li l-evazzjoni tat-taxxa ġiet mitqiesha bħala waħda mir-raġunijiet għala Malta tqegħdet fuq il-lista l-griża. Infakkar li l-Prim Ministru Robert Abela kien tkellem kontra tagħha. Hawn ser nikkwota mill-Malta Today ta’ x’kien qal Robert Abela nnifsu fuq minn ma jiddikkjarax it-taxxa dovuta li jrid iħallas.

Mhux ser insemmi li hawn ħafna Maltin u Għawdxin li għaddejjin minn martirju mad-Dipartiment tat-Taxxa għall-ammonti ħafna iżgħar minn dak li għandu jagħti Castaldi Paris. Imma llum, kull min ikollu x’jaqsam mat-taxxa għal raġunijiet simili jkun qed jissogra li jeħel il-ħabs. Hawn ħafna ċittadini Maltin u Għawdxin li l-pulizija kissruhom minħabba ammonti li għandhom pendenti, għaliex issa dan sar reat kriminali. Infakkar li l-pulizija ressqet nies u akkużathom b’ħasil ta’ flus meta l-każ kien jinvolvu nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa dovuta. Infakkar li anki lil Yorgen Fenech xlewh fuq ħasil ta’ flus. Forsi tgħiduli li int semmejt lil Yorgen Fenech għaliex qed taqbeż għalih. Infakkar li negozzjanti ħafna iċken minnu, bħal tax-xagħar jew tal-ħaxix u anki sempliċi waiter, illum jista’ spiċċa akkużat mill-pulizija fuq money laundering minħabba animożita fuq ħlasijiet ta’ taxxa.

L-evażżjoni tat-taxxa waħedha qatt ma kienet konsiderata ħasil ta’ flus għal snin sħaħ u taħt gvernijiet differenti. Qabel konna f’sitwazzjoni li min jevadi t-taxxa jħallas it-taxxa dovuta u l-penali li ġġorr magħha u l-każ jingħalaq hemm. Imma minn xi xhur ‘l hawn l-evażżjoni tat-taxxa saret tiġi konsidrata bħala ħasil ta’ flus u ġġorr magħha pieni sa erbatax-il sena ħabs, multa li tista’ titla fuq żewġ miljuni u l-iffriżar tal-assi kollha.

F’daqqa waħda din l-istorja tal-pagament tat-taxxa twasslet fuq fomm il-ħafna għaliex hemm involut membru back bencher tal-Gvern. Sa ftit xhur ilu kien hemm xi ħadd ieħor li kellu x’jaqsam mat-taxxa, f’ammont ħafna iżgħar, sar crowd funding u l-ammont dovut tħallas u l-istorja mietet hemm.

Ma għandix dubju li anki dan il-każ ta’ Castaldi Paris ser imut fuq ommu. Jidher ċar li ntlaħaq ftehmin politiku bejn Ian Castaldi Paris u Robert Abela. Ian Castaldi Paris għadu kif ħabbar li mhux ħiereġ għall-elezzjoni li ġejja. Ser jiffoka fuq l-ħajja privata tiegħu. Wieħed jistaqsi jekk  dan hux parti mill-ftehim milħuq bejn dawn it-tnejn?

L-anqas għandu jkun hemm dubju li l-pulizija ser tfittex lil dan il-membru tal-parlament u tressqu l-qorti fuq ħasil ta’ flus. Yorgen Fenech ittella’ fuq ammonti ferm iżgħar u jidher li anki fuq dan il-pulizija hija fl-iżball.

Il-mistoqsija tiġi waħedha, se joħdulu l-informazzjoni neċessarja l-pulizija lil dan il-membru? Se jfittxulu fil-computer u fil-mobile biex jippruvaw isibu xi evidenza? Se jinvestigawh fuq ħasil ta’ flus bħal ma jinvestivaw lil tal-ħaxix jew lil tax-xagħar li jitqies li ma ħallasx it-taxxa kollha? Qed nistaqsi dawn għax huma ħafna ċ-ċittadini li għaddejjin minn dan l-inkwiet bħalissa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *