Ħu preżentatur jinstab ħati ta’ serq ta’ djamanti u l-media ma tgħid xejn dwar il-każ

Nhar it-30 ta’ Novembru, il-Maġistrata Nadine Lia sabet raġel ta’ ‘l fuq minn ħamsin sena ħati li wettaq reat ta’ serq minħabba l-vizzju tad-droga li ilu fuqu minn mindu kellu 14-il sena u sal-lum għadu ma rnexxilux jeħles minnu. Anki jekk iżżewweġ u kellu tliet t’itfal, xorta ma irnexxilux jabbanduna dan il-vizzju. Fil-qorti ħareġ li dan ir-raġel kien jikkonsuma l-kokaina kuljum!

Biss dak li hu stramb f’dan il-każ li din is-sentenza tal-qorti ma dehret imkien irrappurtata fil-media. Jien mhux skop tiegħi li noqgħod insemmi dawn il-każijiet, anki jekk f’dan il-każ ma kien hemm l-ebda divjit li jissemma’ l-isem tal-imputat. Imma hux ser insemmih. L-uniku divjit kien dak li ma jissemmiex l-isem tal-ġojjellier li sofra din is-serqa. Ngħid biss li dan l-imputat jiġi ħu preżentatur.

Wieħed jgħidli imma din l-parentela x’għandha x’taqsam? Semmejtha biss għax ninsab konvint li kieku ma kienx ħu dan il-preżentatur partikolari, dan il-każ kien ikun fil-media. Qed nikteb dan biex nuri l-kartell li jeżisti f’dik li tissejjaħ media u ġurnalisti indipendenti li ixandru biss dak li jaqbel lilhom u jaħbu affarijiet ta’ xulxin.

Dan ir-raġel wettaq dan is-serq tad-djamenti bejn 8 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Ġunju 2021. Meta ttella’ l-qorti ġiet miċħuda l-liberta proviżorja, iżda mbagħad ingħatat ftit tal-jiem wara. Dawn id-djamanti kellhom valur ta’ il-fuq minn 10,000 euro. Ġara li l-pulizija irnexxilha tirkuprahom kollha għaliex l-akkużat ikkollabora magħha u qallhom anki lil min kien għadda dawn id-djamanti. 

Ġara li nel frattemp, dan ir-raġel beda programm biex jieqaf mill-vizzju tad-droga. Il-qorti innutat li fil-passat, dan ir-raġel kien għamel xi programmi imma ma kienx vera entużjast li jieqaf milli jkompli jieħu d-droga. Il-qorti innutat li din id-darba kien qed jieħu dan il-programm bis-serjeta’. Fuq kollox, il-qorti nnutat li dan ir-raġel ikkollabora mal-pulizija u anki għen lill-pulizija biex tirkupra d-djamanti. B’hekk ma weħħlitux ħabs, qegħditu taħt probation officer u anki ordnatlu li jagħmel jew ikompli bil-programm apposta – ta’ tliet snin – biex jaqta’ l-vizzju tad-droga.

One comment

Leave a Reply