L-isem tal-Avukat Arthur Azzopardi jerġa’ jissemma fil-media inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-bieraħ, il-Malta Today tatna storja dwar il-fatt li l-avukati ta’ Yorgen Fenech qed jitolbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ifittex lil Melvin Theuma għal sperġur, jiġifieri xhieda falza. Fost affarijiet oħra, l-avukati ta’ Yorgen Fenech semmew il-fatt li jeżistu recordings u li dawn kienu għand Melvin Theuma. Dawn ir-recodings jinkriminaw lill-Avukat Arthur Azzopardi. Fi kliem ieħor, Arthur Azzopardi jissemma’ bħala parti involuta fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. F’dawn ir-recordings, Arthur Azzopardi jissemma bħala middleman, jiġifieri l-bniedem li kien qed iwassal il-flus biex jitwettaq dan id-delitt. Hawn ser nġib dak li ppubblikat fil-Malta Today il-bieraħ:

Infakkar li Arthur Azzopardi kien fetaħ kawża ta’ libell kontra tiegħi għaliex kont ktibt artiklu fejn ikkwotajt dak li kien qal l-avukat tal-aħwa Degiorgio dwar ċertu Arthur u l-involviment tiegħu f’dak id-delitt. Dak in-nhar ma kontx tajt kunjomu għaliex ma kienx issemma mill-avukat William Cuschieri fil-qorti.
Meta l-avukat Arthur Azzopadi fetaħli kawża ta’ libell, din l-istess gazzetta, jiġifieri l- Malta Today kienet għamelt xalata biex tiddiskreditani. Manuel Delia ħareġ jgħajjarni u qal li dawk ir-recording li fihom jissemma’ Arthur Azzopardi mhux ta’ min jorbot fuqhom. Jidher li l-avukati ta’ Yorgen Fenech għandhom opinjoni oħra ta’ dawn ir-recordings. Arthur Azzopardi nnifsu qabbad l-avukat Joe Zammit Maempel li hu l-avukat li jużaw il-familja Caruana Galizia, f’dan il-każ kontra tiegħi. Interessanti kif l-avukat li taħdem bih il-familja Caruana Galizia spiċċa jiddefendi avukat li jissemma’ f’recordings inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia!
Biss l-istorja ma tieqafx hawn. Din il-kawża ġa bdiet tinstema quddiem il-maġistrata Marsanne Farrugia. Dak li laqgħatni fil-kuruturi tal-qorti u dan rajtu b’għajnejja hija l-kunfidenzjalita’ u ħbiberija kbira li dan Arthur Azzopardi għandu mal-pulizija. Fix-xhieda tiegħu, Arthur Azzopardi emfasizza li hu bniedem fdat u rispettat mill-pulizija Maltija. Il-body language huwa impressjonati!
F’dik li hija kawża kontra tiegħi, Arthur Azzopardi qal li jrid iħarrek lis-Supretendent Arnaud biex jitla’ jixhed biex jipprova l-innoċenza tiegħu u li jien kont libelluż fil-konfront tiegħu. J’Alla s-Supretendent Arnaud jiġi u jġib miegħu dawn ir-recordings li l-Maġistrata Rachel Montebello kienet għamlet divjit fuq il-pubblikazzjoni tal-isem u l-kunjom tal-avukat li jissemma’ fihom. Illum nafu, li f’dawn ir-recordings hemm saħansitra riferenza għall-Massonerija!
Kellu raġun l-imħallef Wenzu Mintoff jirrimarka li f’dan il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-pulizija ma mxitx kif kellha timxi.
Il verita ghada mohbiha u il Qrati jafu imma ma jaqblilhomx.