Il-Gvern ħafer lill-familja Caruana Galizia 184,272 euros f’taxxi, interessi u multi.

Il-familja Caruana Galizia kienet waħda minn dawk li gawdiet minn tnaqqis ta’ multi u interessi minħabba li ma ħallsitx it-taxxa. Dawn li jiftaħru li bis-saltna tad-dritt.

Din il-familja kellha tħallas bħala taxxa, il-bilanċ ta’ 230,326 euros li kien jinkludi fi l-interessi u l-penali. Dan l-ammont ġie ridott mill-istess Dipartiment tat-Taxxa għal 46,054 euros.

Fi kliem ieħor, naqsulhom 184,272 euro f’taxxi, multi u interessi li kellhom iħallsu lil Gvern Malti. Imbagħad dawn jgħidu li Malta hu stat mafjuż.

Ara din l-informazzjoni, dawk tad-Daphne Project ma jgħiduhiex u l-anqas joħorġuha. Ara fuq dan il-fatt Matthew Caruana Galizia ma jiktibx lill-iSpeaker.

Mela lil Rosianne Cutajar iriduha tirriżenja għaliex potenzjalment ma ħallsitx taxxa fuq senserija ta’ 60,000 euro, anki jekk it-taxxa fuq dawn il-flus tħallsu minn ħadd ieħor, imma mbagħad għalihom ma jimpurtax li jitnaqqsulhom dawn l-eluf kollha li kellhom jagħtu lill-Gvern Malti.

Forsi tgħiduli imma Rosianne Cutajar ħadet il-flus mingħand Yorgen Fenech. Imma nfakkar li f’dak in-negozju kien hemm involut ukoll ir-raġel tal-imħallfa li kienet parti mill-inkjesta li t-tliet imħallfin għamlu f’isem il-Parlament Malti fuq ir-raġuni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-istess Kummissarju tal-Istandards, George Hyzler li sab lil Rosianne Cutajar potenzjalment ħatja l-anqas biss għajjat lil Pierre Lofaro biex jixhed, kif ukoll ma għajjatx lil Yorgen Fenech biex jagħti l-verżjoni tal-fatti! Fil-każ ta’ Pierre Lofaro, il-Kummissarju Hyzler aċċetta biss ittra li dan kien bagħatlu u l-anqas bagħat għalih biex jistaqsih dwarha!

Ara aħbarijiet bħal dawn li l-familja Caruana Galizia gawdiet minn skemi ta’ dan il-gvern biex jinħafrulha dawn l-elf ta’ euros f’taxxa, multi u interessi, il-mainstream media ma tippubblika xejn. Ma għandix oġġezzjoni li l-ittra ta’ Matthew Caruana Galizia tkun irrappurtata mill-media u sew tagħmel.

Biss il-media għandha tirrapporta kollox inkluż il-fatt li l-familja Caruana Galizia ma ħallsitx taxxi li jammontaw għall-eluf ta’ euros u mbagħad gawdiet minn skemi ta’ dan il-Gvern u spiċċat tinħafrilha 184, 272 euros f’taxxi, multi u interessi!

2 thoughts on “Il-Gvern ħafer lill-familja Caruana Galizia 184,272 euros f’taxxi, interessi u multi.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading