Esklussiva: ritratti ta’ kif ġiet mibdula Diviżjoni 6 tal-ħabs ta’ Kordin
minn Simon Mercieca
Waħda mill-aktar diviżjonijiet li tkun fl-aħbarijiet hija diviżjoni 6. Din tinsab fil-parti l-qadima tal-ħabs li nbniet skont l-esiġenzi u l-filosofija karċerarja li kienet teżisti fis-seklu dsatax.
Din id-diviżjoni għadha tintuża sal-lum, biss riċentament ġiet restawrata biex jinżamm il-karattru tagħha imma fl-istess ħin ġiet ukoll modernizzata.
B’esklussivita’ qed inġib erba’ ritratti ta’ kif ġiet mibdula din id-diviżjoni f’dawn l-aħħar xhur, inkluż taċ-ċelel ġu x-showers li hemm fiha.




Uruwa lil Peppi and co. ghalkemm il PN se jighd li hu ghamila.