Għaliex proposta dwar l-għoti ta’ kimoterapija fid-djar mill-Partit Nazzjonalista ma’ tistax tittieħed bis-serjeta’?

Bernard Grech tella’ post fejn qal li jekk il-PN jitla’ fil-gvern, il-kimoterapija tibda tingħata b’xejn mid-dar.

Din wasslet għar-reazzjoni minn persuna li taf x’jiġifieri l-kimoterapija u kitbet hekk:

Jien minhix mediku. Staqsejt persuna fil-mediċina u qalli hekk

Il-Kimoterapija fi sfont ta’ kura onkologika mhix intenzjonata li tiġi amministrata fuq bażi domestika jewwilla l-pazjent jagħmel self-monitoring immedjatament wara li jirċievi d-doża tas-sustanza inkwestjoni. Dan mhux biss in konsiderazzjoni tan-natura tat-taħlit ta’ mediċinali diversi bi proprjetajiet tossiċi gravi iżda anke minħabba t-tip ta’ side effects qawwija li jistgħu ġeneralment jaqilbu ħafna lill-pazjenti u mhux waqt jew dlonk wara l-amministrar tal-injezzjoni stess. Dawn iċ-ċirkustanzi huma aktar prekarji f’individwi ta’ eta’ avvanzata u li jgħixu waħidhom. Domiciliary chemotherapy mhux la kemm tqabbilha, per eżempju mal-ambulatory peritoneal dialysis li jkunu ġew imħarrġa u irresponsabilizzati pazjenti morda bil-kliewi, u li tkun falliet il-ħidma tagħhom. Mela l-proċess ta’ kimoterapija d-dar, anke jekk f’xi każi magħżula b’ċertu attenzjoni u rettezza jista’ iseħħ, din tibqa’ proċedura riskjuża u totalment inabittwali.”

B’hekk miżura bħal din mhux ser tinstema razzjonali u jkun hemm reazzjoni bħal ma kien hemm mis-sinjura Maria Mariella Attard. Infakkar li mhix użanza medika razzjonali meta suppost għandek il-viċinanza maċ-Ċentri tas-Saħħa, li s’issa lanqas dawn ma ġew inkorporati fil-protokolli tas-servizz onkoloġiku nazzjonali minħabba nuqqas loġistiku ta’ taħriġ tal-personnel kliniku adegwat. Mela kieku l-Partit Nazzjonalista ried ikun aktar kredibbli kien jagħmel miżura fejn kien jindirizza dan il-qasam u jipproponi li dan it-trattament jibda’ jingħata f’ċentri tas-saħħa reġjonali jew distrettali li jkollhom professjonisti speċjalizzati jaħdmu fihom.

Infakkar li l-politika Nazzjonalista għandha tkun li nsaħħu ir-riżorsi umani l-ewwel imbagħad il-faċilitajiet klinici offruti f’Ċentri tas-Saħħa u li dawn ikunu ‘upgraded’ skont ix-xjenza u teknoloġija medika li dejjem qed tavvanza.

Infakkar li fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kien diġa’ ipproġetta network ta’ sptarijiet żgħar reġjonali sabiex inaqqas l-affluwenza klinika esaġerata fuq l-Isptar Mater Dei. Dan apparti li kellu jingħata impetus trasformattiv komprensiv lill-isptar San Luqa. Illum din il-proposta hija aktar valida u dan l-isptar hawn bżonnu qatigħ minħabba d-demografija espansiva li seħħet b’mod ħesrem tal-gżejjer Maltin.

Qed nikteb dan biex nuri kemm dan il-Partit Nazzjonalista jrid joqgħod attent bil-proposti li jagħmel jekk irid ikun kredibbli. Nifhem li Bernard Grech mhux tabib, imma nifhem ukoll, li madwaru għandu jkollu esperti li jafu jagħtu direzzjoni tajba jekk irid ikun kredibbli mal-elettorat u jibda jara fih il-Prim Ministru tal-futur.

One thought on “Għaliex proposta dwar l-għoti ta’ kimoterapija fid-djar mill-Partit Nazzjonalista ma’ tistax tittieħed bis-serjeta’?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *