Satabank Bank tiftaħ kawża kontra Jason Azzopardi fil-Bulgarija

Is-Satabank fetaħ kawża kontra Jason Azzopardi fil-Bulgarija. Din id-darba, il-kawża nfetħet minn bank kontra Jason Azzopardi. Is-Satabank qed titlob eluf kbar mingħand Jason Azzopardi.

Skont Jason Azzopardi din qed issir bħala “chilling effect” fuqu. Jason Azzopardi stess uża dan l-effett ta’ chilling effect biex isikket lil min jikkritika.

Id-daħqa hija li skont Jason Azzopardi, dan hu attakk ikkoordinat. Kull ma kien jonqsu jsemmi lil Yorgen Fenech u lili bħala l-persuni li qed nikkoordinaw dan kollu!

Ħa ngħidha jien ma naqbilx ma’ din it-tip ta’ kawża, biss wasal iż-żmien ukoll li deputati, inkluż Jason Azzopardi jridu jiefqu jużaw il-privileġġ parlamentari – kif ġieli għamlu – biex jigdbu fuq in-nies.

Dak li din il-kawża qed turi huwa li l-privileġġ parlamentari Malti jipproteġi biss lid-deputati minn ftuħ ta’ libell fil-qrati Maltin, imma dan il-privileġġ ma għadux aktar estiż għall-ġurisdizzjonijiet oħra. Mela d-deputati spiċċaw fl-aħħar l-istess bħal kull ċittadin Malti li jekk jgħid xi ħaġa, dik hija soġġetta għal-liġi tal-libell.

One thought on “Satabank Bank tiftaħ kawża kontra Jason Azzopardi fil-Bulgarija

Leave a Reply to JohnCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading