Tkompli t-taqtigħa fuq t-tmien distrett: Chris Cardona jkompli jaħdem għal Castaldi Paris u jsib l-għajnuna ta’ Beppe Fenech Adami
Jekk hemm xi ħadd li kellu xi dubju li wara Ian Castaldi Paris hemm Chris Cardona, hawn qiegħed nippubblika dan ir-ritratt li qed ikun promoss minn dawk li qed isejħu lilhom innifishom bħala n-nies tal-kamp ta’ Chris Cardona.
L-istrateġija hija li wara dan l-attakk koordinat li qed isir fuq Edward Zammit Lewis, kemm internament u esternament iwassal biex Ian Castaldi Paris, jsir il-kandidat naturali u l-aktar kandidat importanti Laburista fuq id-distrett ta’ Birkirkara. Infakkar li Ian Castaldi Paris huwa n-nutar ta’ Keith Schembri. Biss l-aktar aspett interessanti, li f’dan l-attakk daħal Beppe Fenech Adami. Dan kien wieħed mit-tliet firmatarji li ffirma l-mozzjoni għad-dibattitu fil-Parlament għat-tneħħija ta’ Zammit Lewis. Infakkar li b’kumbinazzjoni, Beppe Fenech Adami joħroġ u jitla’ fuq it-tmien distrett li hu d-distrett li ser jikkontesta fuq Ian Castaldi Paris.
