Beppe Galea ħa post Nicky Azzopardi ma’ David Casa?

Nicky Azzopardi huwa persuna li jħobb ħafna jikteb fil-Facebook group li kkreat. Hu wieħed min dawk li jtella’ posts dwari wkoll. Għandu kull dritt u nirrispeta l-opinjoni tiegħu.

Fuq kollox, Nicky Azzopardi kien wieħed minn dawk li kienu jaħdmu mal-MEP David Casa. Nixtieq nistaqsi lil Nicky Azzopardi jekk hux veru li postu jew ix-xogħol li kien jagħmel ma’ David Casa ttiħidtx issa minn Beppe Galea? Fi kliem ieħor Beppe Galea daħal flok Nicky Azzopardi. Dak li hu żgur li Beppe Galea huwa mniżżel fil-lista tal-ħaddiema li hemm ma’ David Casa.

Jekk dan hu veru, jista’ Nicky Azzopardi jagħtina r-raġuni għala hu ma baqgħax ma’ David Casa u daħal floku Beppe Galea?

Fuq kollox, meta Nicky Azzopardi kien jaħdem ma’ David Casa jista’ jgħidilna x’kien eżatt ix-xogħol tiegħu?

One thought on “Beppe Galea ħa post Nicky Azzopardi ma’ David Casa?

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading