Jeremy Gingell: supporter ferventi ta’ Repubblika

Blog post minn osservatur politku

Li Repubblika trid ras Adrian Delia fuq platt hu fatt magħruf. Li ta’ Repubblika moħħhom biss f’Adrian Delia kien ikkonfermat f’dawn l-aħħar jiem. Dawk ta’ Repubblika fil-Partit Nazzjonalista jridu jkeċċu lil Adrian Delia minn dan il-partit hu fatt magħruf. Dan kollu ġie kkonfermat fil-jiem li għaddew meta reġgħu ħarġu storja fażulla fuq Adrian Delia.

Imma issa x’ser jagħmel Bernard Grech bin-nies li għandu madwaru li l-ewwel lealta’ tagħhom illum hija lejn Repubblika u mhux lejn il-Partit Nazzjonalista?

X’ser jagħmel wara li jiġi mill-btala u jerġa’ jibda jkollu l-laqgħat ma’ Jeremy Gingell kif kien ikollu qabel siefer, ta’ kuljum fl-uffiċju tiegħu, jieħdu kafe’ flimkien u jagħmlu qrara twila? Hu fatt magħruf fid-Dar Ċentrali, li Jeremy Gingell huwa wieħed mill-pilastri ta’ Repubblika fil-Partit Nazzjonalista u ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista qed jagħti salarju sabiħ lil Jeremy Gingell.

Il-mistoqsija tiġi waħidha. Min hemm aktar fid-Dar Ċentrali li huma marbuta ma’ Repubblika? Il-verita’ hija li dawn in-nies ta’ Repubblika fid-Dar Ċentrali ma jistgħux iħallu lil dan il-partit jaħdem. Minħabba fihom ma hawnx oppożizzjoni denja.

Għalfejn fuq WhatsApp chat li qatt ma eżista qajmu riefnu? Infatti jidher li l-istorja li Adrian Delia bagħat messaġġi lil Yorgen Fenech mietet fuq ommha. Il-bieraħ ma kien hemm xejn dwarha. Imbagħad meta Jason Azzopardi mar fuq il-qabar ta’ Kristu, bil-lukanda mħallas mit-Tumas Grupp ma qalu xejn. Anzi spiċċaw jiddefenduh.

Kemm jiflaħ jaqla dan il-partit qabel ma jisparixxi mix-xena politika ta’ dan il-pajjiż?

One thought on “Jeremy Gingell: supporter ferventi ta’ Repubblika

Leave a Reply

Your email address will not be published.